Real Madrid għamlu l-interess tagħhom f’Kylian Mbappe formali nhar it-Tnejn li għadda, skond l-aħħar rapporti li ħarġu mill-kapitali Spanjola. Filwaqt li mhux eskluż li jiffirma kuntratt ġdid ma’ Paris St-Germain, hemm fiduċja li jistgħu jiksbu ftehim.
Dan għaliex id-diretturi ta’ Real Madrid huma konxji li Mbappe jiddispjaċih li rrifjuta lil Los Blancos 18-il xahar ilu. Mbappe dam jitkellem kemm ma’ Real Madrid kif ukoll ma’ PSG sal-aħħar ta’ Mejju tal-2022, qabel fl-aħħar ħa deċiżjoni dwar il-futur tiegħu, u ħalla lill-Madrileni fi stat ta’ imbarazzament u rabja.
Madankollu hija deċiżjoni li Real Madrid jemmnu li se jagħmlu b’mod differenti, u issa għandu ċ-ċans li jirranġa ‘l-iżball’ tiegħu.
Din ir-reazzjoni hija r-raġuni għaliex din id-darba, Real huma ħerqana li jagħmlu negozju biss fuq it-termini tagħhom. Huma stabbilew limitu ta’ żmien biex jaċċetta l-offerta, u mhux se jinnegozjaw it-termini tal-offerta tagħhom – Mbappe ikollu jaċċetta jew jirrifjuta.