Friday, April 19, 2024

Real Madrid u Barcelona f’taqtiegħa għall-firma ta’ Eljif Elmas

Aqra wkoll

Real Madrid u Barcelona jistgħu jidħlu f’taqtiegħa għall-firma tal-midfielder ta’ Napoli, Eljif Elmas.

Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena ingħaqad ma’ Napoli mingħand Fenerbahce fl-2019 u għamel 96 dehra mal-club Taljan tiegħu fil-kompetizzjonijiet kollha, u skorja sitt goals u pprovda erba’ assists fil-proċess.

F’dan l-istaġun, l-internazzjonali tal-Maċedonja ta’ Fuq kien player importanti għall-Blues, fejn deher f’16-il okkażjoni, skorja żewġ gowls u pprovda żewġ assists.

Kemm Real Madrid kif ukoll Barcelona huma interessati fil-midfielder, li kapaċi jopera f’numru ta’ pożizzjonijiet differenti.

Offerta fir-reġjun ta’ €17-il miljun x’aktarx tiġi kkunsidrata minn Napoli minkejja l-fatt li l-player mill-Maċedonja ta’ Fuq għad fadallu erba’ snin fil-kuntratt tiegħu.

Elmas huwa meqjus mill-akbar żewġ clubs fil-football Spanjol bħala iffirmar ideali bi prezz baxx, b’Barcelona b’mod partikolari għadhom qed jitħabtu finanzjarjament.

Sport