Wednesday, July 24, 2024

Reazzjoni dinjija mħallta għall-elezzjoni ta’ Putin

Aqra wkoll

Kif kien mistenni, l-elezzjoni presidenzjali fir-Russja qanqlet reazzjoni u kummenti minn bosta mexxejja ta’ pajjiżi madwar id-dinja. Kien hemm sejjaħ l-elezzjoni bħala farsa, parodija u illerġġittima waqt li oħrajn ferħu bir-rebħa ta’ Vladir Putin li ngħata l-ħames mandat bi 87 fil-mija tal-voti biex imexxi lir-Russja għas-sitt snin li ġejjin.

Mexxejja dinjija kienu qed jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom dwar l-elezzjoni Russa hekk kif in-nies madwar id-dinja ma ħadu ebda sorpriża għal mandat ġdid ta’ sitt snin għal Vladimir Putin bħala president tar-Russja.

Ħafna ttimbraw il-vot bħala “psewdo-elezzjoni” filwaqt li oħrajn offrewlu l-awguri tagħhom.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Litwanja Gabrielius Landsbergis fisser ir-rebħa elettorali ta’ Putin bħala li kienet nieqsa minn leġittimità peress li n-nies ma kinux ħielsa fl-għażla tagħhom.
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Ċeka Jan Lipavsky sejjaħ l-elezzjoni bħala “farsa u parodija”

Il-President tal-Iran Ebrahim Raisi feraħ lill-kontroparti Russu għar-rebħa “deċisiva” tiegħu fl-elezzjoni presidenzjali, rapportat il-midja tal-istat.

Il-President tal-Venezwela Nicolas Maduro waqt li ddeskrieva lil Putin bħala “Ħuna l-kbir” qal li r-rebħa ta’ Putin tawgura tajjeb għad-dinja.

Il-president taċ-Ċna, Xi Jinping, feraħ lil Vladimir Putin għar-rebħa ta’ mandat ieħor bħala President tar-Russja u qal li ċ-Ċna kienet lesta li żżomm komunikazzjoni mill-qrib mar-Russja biex tippromwovi l-ħbberija bejniethom, skont il-midja tal-istat Ċniża.

Vladimir Putin rebaħ il-ħames mandat bħala President Russu bi 87%, skont exit polls Russi. Huwa ma ffaċċja l-ebda kandidat kredibbli tal-oppożizzjoni billi l-Kremlin jikkontrolla bis-sħiħ is-sistema politika tal-pajjiż, il-midja u l-elezzjonijiet tar-Russja.

Il-Ġermanja sejħet l-elezzjoni bħala “psewdo-elezzjoni” filwaqt li l-Istati Uniti qalet li l-vot kien “ovvjament la ħieles u lanqas ġust”.

Il-President tal-Ukrajna Zelensky qal li Putin kien “fis-sakra bil-poter u qed jagħmel minn kollox biex jaħkem għal dejjem”. Zelensky iddeskriva l-elezzjoni presidenzjali tar-Russja bħala “imitazzjoni” illeġittima. Waqt l-indirizz tiegħu bil-vidjo filgħaxija, Zelensky qal li għal Vladimir Putin ma kien hemm “l-ebda ħażen” li ma kienx se jimpenja ruħu fih biex itawwal il-mandat tiegħu.

Għall-ewwel darba, il-vot nazzjonali sar fuq tlett ijiem bejn il-15 u s-17 ta’ Marzu. Il-votazzjoni saret ukoll fil-partijiet tal-Ukrajna okkupati mir-Russi: Zaporizhzhia, Kherson, Donetsk, Luhansk u l-Krimea. B’mod ġenerali, il-parteċipazzjoni kienet ta’ 77%.

F’Luhansk fil-Lvant tal-Ukrajna, il-kummissjoni tat lil Putin 94.12% tal-voti, f’Kherson 88.12%, u f’Donetsk u f’Zaporizhzhia ingħata wkoll aktar minn 90%.

F’konferenza tal-aħbarijiet ta’ wara l-elezzjoni, Putin ħalef li se jkompli bl-invażjoni tal-Ukrajna. Qal ukoll li d-demokrazija Russa kienet aktar leġittima milli fl-Istati Uniti, fejn “bil-votazzjoni bil-posta… tista’ tixtri vot għal 10 dollari”.

Ekonomija

Sport