Wednesday, July 24, 2024

Niddirezzjonaw investiment li jħares il-karatteristiċi tal-pajsaġġ Għawdxi

Aqra wkoll

Il-valur ta’ identità ta’ Għawdex irridu nkomplu nseddquh u nsaħħuh bl-użu għaqli tal-ambjent.

F’Kerċem, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq dwar dan meta żar kumpless tal-ewwel xorta tiegħu, Tuta Accomodation, li joffri agrituriżmu f’Għawdex.

Fil-preżenza wkoll tal-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri, il-Prim Ministru Abela sostna li rridu nkomplu nimbuttaw il-prodott Għawdex u Malta, dan kollu miġbur fl-istrateġija li nħaddmu favur Għawdex bħala gżira ta’ villaġġi.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li bħala Gvern se nibqgħu niddirezzjonaw l-investiment lejn il-ħarsien tal-pajsaġġ Għawdxi u Malti.

Il-kumpless Tuta, li gawda anki minn fondi Ewropej, apparti li joffri akkomodazzjoni ta’ kwalità, fih ukoll razzett u joffri diversi esperjenzi lill-viżitaturi, fosthom mixjiet qalb il-kampanja, ġbir ta’ frott sa terapija permezz tal-annimali.

Fiż-żjara ġiet innutata kif l-isfida tal-istaġjonalità hi waħda li qed tiġi indirizzata u dan ġie rifless f’riżultati b’saħħithom għat-turiżmu anki fil-gżira Għawdxija.

Waqt li kienu qed jdawwru lill-Prim Ministru madwar ir-razzett, fejn jrabbu numru ta’ annimali, it-tmexxija ta’ Tuta spjegawlu kif qed jimxu fuq il-kunċett ta’ “farm to fork” fejn il-viżitaturi jingħataw l-opportunità li jiġbru l-prodotti friski huma stess mill-għelieqi li jinsabu fl-Agrituriżmu biex imbagħad il-prodotti tal-ikel offruti jkunu ġejjin mill-istess kumpless.

“Irridu nkomplu ngħollu l-livell u l-kwalità tal-prodott li noffru b’awtentiċità,” saħaq Dr Abela hu u jinnota l-eżempju sabiħ fil-kumpless Tuta.

Ekonomija

Sport