Wednesday, July 24, 2024

Blackball: Clint Azzopardi jikkwalifika għall-kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni individwali

Aqra wkoll

ilbieraħ kompliet it-tazza tan-nazzjonijiet 2024 tal-Blackball li qed issir fi Brindlington fejn il-ġurnata kienet riservata għall-kategoriji individwali.

L-iktar plejers li waslu sal-fażijiet kruċjali ta’ din il-kompetizzjoni kienu Lee Ryan Darmanin, Clayton Castaldi u Clint Azzopardi. Dan tal-aħħar saħansitra għamilha sal-kwarti tal-finali wara li għeleb lil Sam Bennett 5-3.

Min-naħa l-oħra, Lee Ryan Darmanin irid jilgħab fil-fażi tal-aħħar sittax kontra Kyle Cope filwaqt li Clayton Castaldi jaffaċċja lil Matt Barcock.

Fil-Masters kien Jesmond Schembri li avvanza l-aktar meta wasal sal-fażi tal-aħħar sittax għalkemm ġie eliminat minn Darren Childs 5-4.

Sadanittant illum tintlagħab it-tielet ġurnata fejn ikunu fl-azzjoni t-timijiet Maltin:

10:00 – Malta Seniors vs Ingilterra

12:30 – Malta Masters vs Wales

15:00 – Malta Men’s A vs Wales

15:00 – Malta Men’s B vs Awstralja B

17:30 – Malta Seniors vs Awstralja

17:30 – Malta Masters vs Irlanda

20:00 – Malta Men’s B vs Belġju

22:30 – Malta Men’s A vs l-Iskozja

Ekonomija

Sport