Sunday, December 22, 2024

Reazzjoni konfuża u kontradittorja mill-PN għall-pjanijiet tal-Gvern

Is-Saħħa Mentali f'Malta ...

Aqra wkoll

Stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva qalet li, “l-Oppożizzjoni tgħid li dwar is-saħħa mentali għandu jkun hemm dibattitu serju u matur, imbagħad bl-istqarrijiet tagħha tagħmel totalment il-kontra. Il-konferenza tal-aħbarijiet mill-Oppożizzjoni, li hija reazzjoni għal pjanijiet aġġornati u dettaljati li riċentement ġew imħabbra mill-Ministru Jo Etienne Abela kienet waħda konfuża u kontradittorja”.

Ingħad li fuq quddiemnett il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva jinnota l-kritika inġusta għall-professjonisti li jaħdmu f’dan is-settur, sew fis-servizz pubbliku kif ukoll dak privat.

Il-Ministeru nsista li l-popolazzjoni u l-professjonisti tagħna huma aktar konxji u mgħarfa dwar is-saħħa mentali u dan jirriżulta f’rati dejjem ogħla ta’ dijanjosi ċerta.

Filwaqt li l-Oppożizzjoni titkellem dwar l-istigma, fl-istess ħin titkellem kontra l-istrateġija tal-Gvern li hija proprju maħsuba biex tnaqqas l-istigma. Dan fost oħrajn permezz ta’ pjanijiet friski fejn mard psikjatriku akut ikun amalgamat fl-Isptar Mater Dei.

L-istqarrija kompliet li, “fl-istess ħin li l-Oppożizzjoni tisħaq li s-sala psikjatrika li kienet teżisti f’Mater Dei qabel il-pandemija kienet qiegħda toffri servizz eċċellenti, hija kontra proġett li minflok sala se jara li jkun hemm 110 sodda għal dan il-għan”. Il-Ministeru ħa d-deċiżjonijiet tiegħu wara li kkonsulta mal-esperti.  Il-problemi akuti (li jinkludu dual diagnosis) għandhom jiġu kkurati fl-Isptar Mater Dei u għal dan il-għan, kif spjega l-Ministru Jo Etienne Abela, se jkunu investiti €35 miljun. 

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità attiva nsista li l-Isptar Monte Karmeli għandu jkun riservat għal sezzjonijiet separati għal mard kroniku u psiko-ġerjatrija. Biex isir dan, fl-istess Monte Karmeli għaddej ukoll xogħol kbir ta’ riġenerazzjoni u tisbiħ. €25 miljun f’investiment f’mediċini psikjatriċi ġodda ukoll se tkun importanti bħal mhuma importanti s-servizzi fil-komunità, li se jkomplu jiġu mħarsa u msaħħa.

Ekonomija

Sport