Sliema Wanderers …..1
Floriana …………………..2
Minn Cristian Muscat
Floriana kisbu rebħa drammatika ta’ 2-1 kontra r-rivali eterni ta’ Sliema Wanderers, b’din tkun ir-raba’ telfa għall-Blues matul din is-sena kalendarja 2025 u t-tieni waħda konsekuttiva.
Detrimentali għall-Wanderers kien il-fatt li lagħbu għal kważi 70 minuta sħaħ bi player inqas hekk kif proprju fit-22 minuta tkeċċa l-captain Henrique Murilo, b’din tkun it-tielet waħda għal dan il-player f’dan l-istaġun.
Kienu Floriana li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss ħames minuti daqqa ta’ ras’ ta’ Oualid El Hasni intemmet barra wara free-kick ta’ Jake Grech.
Il-Greens fetħu l-iskor proprju tliet minuti wara meta minn azzjoni li bdiet minn free-kick, Cedric Yameogo b’xutt minn barra l-kaxxa sab lil MATIAS NICOLAS GARCIA żmarkat u dan kien pront tefa’ ġewwa.
Sliema wieġbu fl-20 minuta meta Simon Zibo għadda through pass lejn Steve Pisani li għolla t-tentattiv tiegħu.
Fit-22 minuta Sliema qalgħu daqqa ta’ ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa Henrique Murilo peremzz ta’ karta ħamra diretta wara daħla kerha fuq Jake Grech.
Floriana setgħu rduppjaw l-iskor fl-ewwel minuta tat-tieni taqsima meta cross insidjuż ta’ Carlo Zammit Lonardelli ma ġiex newtralizzat mid-difiża Slimiża, b’Matias Nicolas Garcia minn taħt il-lasti jitfa’ inkredibbilment għoli.
Fil-51 minuta, Sliema kisbu d-draw meta minn cross mix-xellug ta’ Wescley, Mohamed Awad ħalla l-ballun lil VITO PLUT li mill-viċin ma żbaljax.
Fit-63 minuta, is-sostitut Gabriel Sotomayor kellu freekick insidjuż li ntemm ftit barra. Sliema wieġbu fit-88 minuta meta minn kontrattakk veloċi Awad għadda tajjeb lejn Wescley li kellu x-xutt tiegħu jintemm barra.
Iżda fit-93 minuta Floriana skorjaw il-goal tar-rebħa minn daqqa ta’ ras ta’ GABRIEL SOTOMAYOR.
SLIEMA W.: 12-Kelvin Emeka Agu, 2-Jean Borg, 9-Vito Plut (21-Kyrian Nwoko 82), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino, 20-Wescley, 27-Tedo Kikabidze (7-Adam Magri Overend 46), 31-Henrique Murilo, 42-Simon Zibo (33-Geoffrey Edwin Achempong 46), 70-Steve Pisani (5-Neil Frendo 76), 77-Mohamed Awad (8-Edmond Agius 89) – Coach: Paul Zammit
FLORIANA: 45-Christoffer Mafoumbi, 4-Oualid El Hasni, 8-Jake Grech (10-Gabriel Sotomayor 65), 11-Zachary Scerri, 14-Jork Eblin Portocarrero (9-Elvis Mshike Sukise 65), 20-Matias Nicolas Garcia, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 25-Julian Gonzalo Gamarra, 27-Franklin Sasere, 55-Alexandros Kouro (94-Jose Fernando Gomes Junior 86), 79-Guy Serge Cedric Yameogo – Coach: Darren Abdilla
REFEREE: Philip Farrugia
ASS. REFEREES: Duncan Spencer, Vasil Vasilev
RABA’ UFF: Slobodan Petrovic
SKORERS: M.N. Garcia 8, G. Sotomayor 93 (F), V. Plut 51 (SW)
AMMONITI: J. Borg, H. Murilo, M. Awad (SW), O. El Hasni, Z. Scerri, J. G. Gamarra, G. S. C. Yameogo, G. Sotomayor (F)
TKEĊĊA: H. Murilo 22 (SW)