Monday, July 13, 2026
Home Sport Luke Montebello jagħti rebħa minima lil Hamrun Spartans

Luke Montebello jagħti rebħa minima lil Hamrun Spartans

0
66
Ritratt: Walter Sargent

Hamrun S. ……..1

Balzan ……………0

Minn Cristian Muscat

Goal uniku minn Luke Montebello ta rebħa minima iżda meritata ta’ 1-0 lil Hamrun Spartans fuq Balzan. B’hekk l-Isparatns telgħu jokkupaw il-quċċata tal-klassifika tal-Closing Round flimkien ma’ Floriana.

Min-naħa ta’ Balzan, b’din  it-telfa huma baqgħu fil-post ta’ qabel l-aħħar u għaldaqstant jidher li, bħall-Ewwel Fażi, huma se jkunu qed jissieltu biex ma jispiċċawx fl-aħħar żewġ postijiet.

Kienu Hamrun li ħolqu l-ewwel periklu,  fis-17-il mi­­nuta, meta Talison xe­ħet cross mix-xellug qabel il-ballun ġie devjat u ħabat mal-wieqfa li  ntemm għand Luke Montebello li iżda l-konklużjoni tiegħu spiċċat għoli.

Fil-25 minta, l-Ispartans resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor meta Talison venven xutt minn free-kick li ġie salvat minn fuq il-linja fatali minn Nicholas Pulis.

Eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima, il-goalkeeper ta’ Hamrun, Henry Bonello, salva parzjalment tentattiv minn corner dirett ta’ Victor Blasco, b’Elionay Freitas Da Silva jikklerja l-ballun f’sigurtá.

Mas-siegħa logħob Hamrun kellhom ferħa bla temma meta Raphael Lopes Silva tefa’ ġewwa wara li rċieva minn cross ta’ Emerson Marcelina iżda l-goal tħassar minħabba li r-refe­ree, Alex Johnson, iġġudika li Lopes Silva kien mess il-ballun b’idu.

Madankollu, fil-61 minuta, l-Ispartans skorjaw l-uni­ku goal tal-logħba meta LUKE MONTEBELLO approfitta minn indeċiżjoni ta’ Luka Lukovic u permezz ta’ xutt sabiħ għeleb għal kollox lill-goalkeeper, Danilo Golovic.

Balzan ippruvaw jagħmlu reazzjoni iżda rari resqu lejn il-lasti avversarji, bl-aħħar azzjoni tasal proprju fid-90 minuta, meta xutt ta’ Blasco  mid-distanza ġie salvat mingħajr wisq diffikultá minn Bonello … biex l-Ispartans   komplew jamministraw il- vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 5-Sven Xerri, 7-Luke Montebello, 8-Lui Talison Barboza (28-Redon Mihana 79), 10-Joseph Essien Mbong, 14-Elionay Freitas Da Silva, 20-Jovan Cadenovic (25-Ederson Bruno Domingos 83), 33-Mayron (4-Steve Borg 83), 91-Emerson Marcelina, 94-Ryan Camenzuli, 99-Raphael Lopes Silva (92-Cesar Menacho 71)   – Coach: Alessandro Zinnari

BALZAN:  99-Danilo Golovic, 5-Samir Arab, 8-Nicholas Pulis, 10-Jan Busuttil (22-Jake Grech 85), 14-Dimeji Awosanya (18-Luka Jankovic 81), 17-Henri Braham Stanic, 21-Luka Lukovic, 23-Victor Blasco Llorens, 42-Rafael Floro Da Silva, 44-Marko Bacanin, 77-Elvis Kamsoba (11-Benjamin Hili 73) – Coach: Andrew Cohen

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Jareth Grima

RABA’ UFF: Ezekiel Barbara

SKORER: L. Montebello 61 (H)

AMMONITI: L. Montebello, J. E. Mbong, Mayron, E. Marcelina, R. Lopes Silva, E. B. Domingos, C. Menacho (H), N. Pulis, L. Lukovic (B)