Vencedor u Catherine’s Chevy rebħu tnejn mit-tiġrijiet ewlenin li saru l-Ħadd fil-għaxija fil-korsa tal-Marsa, Dawn kienu riservati għal żwiemel mill-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn għamlu parti mit-30 laqgħa tal-istaġun fuq disa’ tiġrijiet kollha tat-trott. Il-laqgħa nkludiet ukoll heat mill-kampjonat tal-Mediterran u l-baħar l-iswed b’Malta tkun rappreżentata minn Paul Galea. Din intrebħet mir-rappreżentant Franċiż Martin Cormy.
Erbatax -il żiemel ħadu sehem fl-ewwel tiġrija tal-aqwa klassi. Ħawnhekk, Rodney Gatt irsista mhux ftit biex ipoġġi lil Vencedor quddiem sa mill-bidu nett tat-tiġrija. Dan minnufih fetaħ vantaġġ żgħir minn Cutty Sark (Eman Attard) u Cristal Pierji (George Attard). Vencedor baqa’ jżomm il-kmand sat-tmiem biex ħa l-ewwel rebħa tas-sena b’nofs tul minn Cristal Pierji u Cutty Sark. Onceforall Face (Brian Ħili) temm fir-raba’ pożizzjoni. Ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.16.1” fil-kilometru.
Coumba Kouky (George Attard) li kienet l-aktar b’saħħitha waqt it-tluq tat-tieni tiġrija mill-istess kategorija, kellha ċċedi kollox f’nofs id-dritta finali wara li ġiet attakkata min Norveġiż Catherine’s Chevy (Jesmar Gafa’). Iż-żiemel ta’ Gafa’ rreġistra l-ewwel rebħa f’Malta f’medja tajba ta’ 1.14.4” fil-kilometru. Id-debuttant Clovis Montaval (Marvic Bugeja) u Dzarof De Guez (Cherise Farrugia) daħlu warajhom f’dik l-ordni.
Coyote du Relais (Martin Cormy – France) kien il-ħin kollu quddiem matul id-distanza tal-heat mill-kampjonat tal-Mediterran u l-Baħar l-Iswed. Dan ħa l-ewwel rebħa tas-sena wara li fl-aħħar metri xejjen l-isfida ta’ Defi Du Theys (Clint Vassallo) u Caline De Mai Capo (Rodney Gatt). Foppa Sisu, taħt il-gdida tar-Rumen Gheorghe Iulian Tanase temm fir-raba’ pożizzjoni.
Fi tmiem it-tiġrija, Cormy u sid iż-żiemel rebbieħ, Lorraine Cunningham, ġew ippremjati minn Edwin Borg, Viċi Chairman tal-Malta Racing Club u EquestriMalta. Ta’ min wieħed jinnota li din kienet it-tieni sena nfila li Coyote Du Relais irnexxilu jirbaħ heat minn din il-kompetizzjoni internazzjonali.
Ir-rebbieħa kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Gazon De Campagne (P. Galea) Ħin – 2.43.1” (1.16.2”) 2. Grace d’Auberville (C. Caruana) 3. Echo De Chanteins (N. Baldacchino) 4. Big Ben (D. Attard)
II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Fazio Josselyn (N. Baldacchino) Ħin – 2.41.5” (1.15.5”) 2. Vic Du Bossis (A. Grech) 3. Dimitrius (M. Ellul) 4. Casanova Blue (I. Galea)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Echo Sellois (P. Galea) Ħin – 2.42.7” (1.16”) 2. Erromanga (Cherise Farrugia) 3. Digital Life (R. Gatt) 4. Espion De Braye (R. Schembri)
IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Gallita (Ch. Gauci) Ħin – 2.40” (1.14.8”) 2. Coquin De Cessevil (R. Briffa) 3. Mystic Accident (R. Gatt) 4. Fast Cash S.F. (R. Magro)
V Tiġrija. Ħeat Kampjonat tal-Mediterran u l-Baħar l-Iswed. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Coyote Du Relais (Martin Cormy – Franza) Ħin – 2.42” (1.15.7”) 2. Defi Du Theys (C. Vassallo) 3. Caline De Mai Capo (R. Gatt) 4. Foppa Sisu (Gheorghe Iulian Tanase – Rumanija)
VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Vencedor (R. Gatt) Ħin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Cristal Pierji (G. Attard) 3. Cutty Sark (E. Attard) 4. Onceforall Face (B. Ħili)
VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Elegant Frost (Sh. Axisa) Ħin – 2.42.3” (1.15.8”) 2. Fils Du Soir (J.C. Pace) 3. Doulis d’Occagnes (S. Schembri) 4. Diva Du Padoueng (M. Debono)
VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Catherine’s Chevy (J. Gafa’) Ħin – 2.39.3” (1.14.4”) 2. Coumba Kuky (G. Attard) 3. Clovis Montaval (M. Bugeja) 4. Dzarof De Guez (Cherise Farrugia)
IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Everton De Vandel (A. Grech) Ħin – 2.40.1” (1.14.8”) 2. Concerto Star (R. Gatt) 3. R.G’s Thunderbolt (D. Bugeja) 4. Prinsen One (M. Farrugia)