Wednesday, April 24, 2024

“Mument ikrah li lanqas timmaġina… li tara ix-xogħol qed jieħu miegħek trid tkun fiha biex titkellem”

Kevin Cutajar mis-Soċjetà Piroteknika 15 t'Awwissu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Kif rajna l-membri kollha miġburin mument li ma tiddeskrivihx. Konna 11 mhux ċajta li kulħadd ħelisha ħafif”. Iddikjara dan Kevin Cutajar mis-Soċjetà Piroteknika 15 t’Awwissu f’kumment lil Talk.mt ftit sigħat qabel il-quddiesa li fiha l-Mostin rringrazzjaw lill-Madonna li ħelsitielhom ħafif.

Kevin huwa wieħed mill-11-il membri li kienu fil-kumpless meta lbieraħ seħħet l-isplużjoni. Huwa qalilna li dak il-ħin kien sejjer meta sema’ l-isplużjoni li heżżet il-post.

“Dak il-ħin mument ikrah li lanqas timmaġina. Li tara x-xogħol miegħek qiegħed jieħu mhix xi ħaġa sabiħa żgur. Trid tkun fiha biex titkellem.” Qalilna meta mistoqsi dwar il-mument li fih indunaw x’kien se jiġri.

Rigward dawk li jinsabu rikoverati l-Isptar, Cutajar qalilna li tnejn minnhom kif ħarġu waqgħu f’xulxin u ieħor ħaraq daqsxejn idu meta mar biex jitfi xi nar mill-karozza.

Cutajar qalilna li b’sodisfazzjon jista’ jgħid li diġà hemm ħafna li offrew li se jgħinu biex il-kamra tinbena mill-ġdid iżda fuq kollox l-aktar ħaġa importanti tibqa’ l-fatt li ma weġġa’ ħadd għax inutli jkollok fejn taħdem u jmutlek xi ħadd.

Il-quddiesa tal-lejla kienet ddedikata lil dawn il-11-il membru li ħelsuha ħafif fl-isplużjoni li seħħet ilbieraħ għall-ħabta tat-3:15 p.m. Preżenti għall-quddiesa kien hemm ukoll diversi membri mis-Soċjetà Filarmonika Santa Marija li kkonfermaw is-sabiħ tal-għaqda f’mumenti diffiċli bħal dawn.

Sport