Sunday, December 22, 2024

Rebħa għall-Belġju tarahom fir-round tal-Aħħar 16

Aqra wkoll

Minn Grupp F, wara li għelbu lill-Kanada bl-iskor ta’ 1-0, fis-2.00 pm, il-Belġju jaffrontaw lill-Marokk fejn jimmiraw għal rebħa oħra li tkun tfisser kwalifikazzjoni għall-Aħħar 16.

Michy Batshuayi skorja l-goal rebbieħ għal pajjiżu, u għandu jerġa’ jibda fl-assenza ta’ Romelu Lukaku li ma jinsabx f’siktu għal kollox.

Ir-Red Devils ftit li xejn impressjonaw kontra l-Kanada iżda żgur  ħadd ma jista’ jinnega l-qaw­wa tagħhom.

Fir-rigward tal-Marokk, huma kisbu draw ta’ mingħajr goals kontra l-Kroazja u dan ir-riżultat ikompli jagħtihom injezzjoni morali biex jiffaċ­ċjaw din il-partita b’kuraġġ kbir.

Għall-Belġju, Romelu Lukaku ilu ma jilgħab logħba kompetittiva mill-aħħar ta’ Ottubru, fejn għamel biss ħames dehriet fil-kompetizzjonijiet kollha għal Inter dan l-istaġun u x’aktarx jitlef din il-partita minħabba li għadu ma rkuprax għal kollox minn injury fil-koxxa.

Min-naħa l-oħra għall-Marokk, Abdelhamid Sabiri x’aktarx li mhux se jkun utilizzat f’din il-logħba, minħabba injury. Abdessamad Ezzalzouli jinsab barra mill-azzjoni minħabba injury fil-hamstring.

Noussair Mazraoui kellu jinħareġ mill-ground  permezz ta’ stretcher fil-logħba kontra l-Kroazja u għaldaqstant mistenni jitlef dan il-konfront.

Ekonomija

Sport