Saturday, December 21, 2024

Rebħa importanti għal Mosta

Aqra wkoll

Sliema Wanderers ……2

Mosta ………………………3

Mosta kisbu tliet punti importanti fit-tentattiv biex jinqalgħu min-naħa ta’ isfel tal-klassifika meta għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 3-2.

B’hekk il-Mostin qabżu lil Gudja United u ngħaqdu ma’ Gżira United fit-tmien post filwaqt li ħallew lil Sliema ankrati fil-qiegħ tal- klassifika.

Wara biss żewġ minuti, xutt fil-baxx ta’ Inters Gui minn tarf il-kaxxa għadda ftit barra għal Sliema waqt li man-nofs siegħa logħob, Sliema reġgħu resqu viċin meta minn pass ta’ Yuki Uchida mil-lemin, ix-xutt fil-baxx ta’ Jake Engerer ġie salvat minn Jovicic. Erba’ minuti wara, free-kick ta’ Berisha għadda ftit barra.

Iżda seba’ minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, kienu Mosta li marru fil-vantaġġ meta Zachary Brincat għadda tajjeb minn fuq ix-xellug u qassam lejn WILLIAM DONKIN li dar ma’ difensur qabel għe­leb lill- goalkeeper Timothy    Aquili­na b’ xutt fil-baxx.

Fit-tieni taqsima, Sliema ħarġu jfittxu l-goal tad-draw u fit-58 minuta, Kurt Shaw resaq viċin b’daqqa ta’ ras minn corner ta’ Miguel Fernandes mix-xellug iżda erba’ minuti wara, Mosta tilfu ċans tad-deheb li jirduppjaw meta minn cross ta’ Failla, Luiz Igbineweka tefa’ barra minn pożizzjoni ideali.

Fis-70 minuta, il-Wanderers kisbu d-draw meta minn cross ta’ Carlos Flores, ix-xutt mill-ewwel ta’ VALMIR BERISHA ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Jovicic isalva. Wara dan il-goal, il-captain Mosti Tyrone Farrugia ġie mkeċċi wara incident ma’ player avversarju.

Madankollu erba’ minuti wara, Mosta reġgħu marru fil-vantaġġ meta minn freekick ta’ Failla, kien LUIS RIASCOS li tefa’ ġewwa mill-viċin.

Fid-79 minuta, is-Slimiżi reġgħu ġabu l-iskor indaqs meta xutt ta’ Mark Scerri minn barra l-kaxxa ġie mxellef mill-player Mosti Nathan Agius bil-ballun jispiċċa fix-xibka għal auto-goal sfortunat.

Iżda fit-83 minuta, Mosta skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa meta minn cross ta’ Failla, GIANLUCA SCIBERRAS għeleb lil Ti­mothy Aquilina b’xutt b’saħħtu.

SLIEMA W.: 1-Timothy Aquilina, 3-Juan Pablo Morales, 5-Kurt Shaw, 6-Gabriel Aquilina (11-Miguel Fernandes 51), 9-Omar Elouni, 10-Inters Gui, 18-Edmond Agius (77-Carlos Flores 68), 19-Jake Engerer (61-Myles Beerman 68), 25-Yuki Uchida (8-Mark Scerri 69)(30-Jean Paul Farrugia 87), 71-Julius Bliek, 99-Valmir Berisha  – Coach: Andrea Pisanu

MOSTA: 61-Marko Jovicic, 6-Roderick Briffa, 7-William Donkin (27-Mehdi Hetemaj 76), 13-Clayton Faila, 19-Johann Bezzina (16-Gianluca Sciberras 76), 22-Tyrone Farrugia, 24-Ivan Doric (21-Nathan Agius 51), 30-Luis Riascos, 34-Rafael Morisco, 77-Zachary Brincat (86-Luiz Igbineweka 62), 88-Sunday Akinbule   – Coach: Joseph Grech

REFEREE: Trustin Farrugia Cann

ASS. REFEREES: Luke Portelli, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Philip Farrugia

SKORERS: W. Donkin 38, L. Riascos, 74, G. Sciberras 83 (M); V. Berisha 70, N. Agius 79 o.g. (SW)

AMMONITI: Y. Uchida, M. Fernandes, T. Aquilina (SW); L. Igbineweka (M)

TKEĊĊA: T. Farrugia 71 (M)

PLAYER TAL-LOGĦBA: William Donkin (Mosta)

Ekonomija

Sport