Monday, July 13, 2026
Home Aħbarijiet Lokali Titħabbar il-mewt tal-Imħallef Emeritu Lino Sacco

Titħabbar il-mewt tal-Imħallef Emeritu Lino Sacco

0
907

Fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt tal-Imħallef Emeritu Lino Farrugia Sacco li miet fl-età ta’ 72 sena.

Apparti l-karriera legali tiegħu bħala Avukat u fl-1997 inħatar Imħallef, Farrugia Sacco jibqa’ mfakkar għall-kontribut kbir li ta lill-isport Malti. Fost irwoli oħra importanti, fl-1988 huwa kien elett Viċi President tal-ewwel Kumitat Olimpiku Malti.

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Isport, Clifton Grima sellem il-memorja ta’ Farrugia Sacco u fakkru bħala bniedem li ta ħafna lill-isport Malti.