Wednesday, March 27, 2024

SENA TA’ VJAĠĠ POLITIKU

Aqra wkoll

Minn età żgħira dejjem emmint fil-prinċipji xellugin li jħaddan il-Partit Laburista. Prinċipji li ġew imsejsa minn familti u wisq iktar miz-ziju tiegħi, Wistin Abela li dejjem saħaq fuq l-importanza ta’ soċjetà sensittiva għall-ħtiġijiet ta’ kull faxxa tas-soċjetà Malt- ija u fuq il-bżonn ta’ gvern b’ruħ soċjali. Minn ċkuniti, kont tassew nemmen li dawn il-prinċipji setgħu joffru soċjeta soda, ekwa u ġusta. Kont inħoss li l-Partit Laburista verament seta’ joffri Malta aħjar. Dawn il-prinċipji komplew jissaħħu aktar ma kbirt. 

Kien għalhekk li mal-milja taż-żmien bdejt inħoss il-ġibda lejn il-politika. Ġibda li ma kinitx xprunata minn gwadann personali imma primarjament bħala imprenditur, missier u fuq kollox ċittadin li nista’ ngħin fl-iżvilupp ta’ soċjetà b’saħħitha u wisq iktar fl-iżvilupp tal-Malta fejn il-ġenerazzjoni żagħżugħa tista’ tikber, tirnexxi, taħdem fuq il-ħolm u tilħaq l-aspirazzjonijiet tagħha. Ħassejt li jien stajt inkun parti mill-politika li tara li min hu batut jingħata l-għodda biex jinqala’ mill-problemi soċjali tiegħu u jgħix ħajja diċenti. Politika tan-nies li tara li l-ġenituri jiġu pprem- jati għax-xogħol li jagħmlu u jkunu kapaċi jinvestu f’uliedhom bħalma l-ġenituri tagħna investew fina. Politika li tara li ma ssirx distinzjoni bejn jekk intix mara jew raġel, iżda tippremja l-kapaċitajiet tiegħek. Politika li tara li t-tfal u ż- żgħażagħ tagħna jingħataw l-opportunitajiet kollha li jkattru t-talenti tagħhom biex meta jasal iż-żmien li jmexxuna huma ikunu aħjar minna. Politika fejn huwa rrilevanti x’kulur ta’ ġilda għandek, x’ġeneru għandek jew x’diżabilità jista’ jkollok. Politika fejn huwa prijorità li nagħmlu differenza f’ħajjet in-nies. 

Din il-ġibda wasslitni biex fil-ftit tiegħi nipprova nagħmel differenza f’ħajjet in-nies. Dejjem emmint li l-ebda pajjiż ma jista’ jikseb żvilupp ekonomiku sostenib- bli mingħajr investiment sostanzjali fl-edukazzjoni u fil-kapital uman. Iż-żewġ komponenti, jimxu pari passu ma’ xulxin u t-tkabbir ta’ pajjiż tiiddependi mill-żvi- lupp edukattiv ta’ kull ċittadin li f’kull stadju tal-ħajja. Is-settur tal-edukazzjoni huwa kruċjali għal viżjoni medja u fit-tul ta’ pajjiżna. L-edukazzjoni twassalna għal ekonomija b’saħħitha fit-tul. Kien għalhekk li tul dawn l-aħħar ħamsa u għoxrin sena offrejt taħriġ b’ xejn fl-informatika mit-TCTC kif ukoll mill-kunsilli lokali. Kien għalhekk ukoll li riċen- tament nedejt il-proġett Robotica, kors prattiku ta’ ħames ġimgħat li matulu t-tfal jużaw bundles ta’ Robots immirati għall-etajiet imsemmija. Kien fuq dan il-prinċipju li nedejt il-kuncett ta’ i-Ċittadin’ li l-għan tagħha huwa biex jagħti liċ-ċittadini l-abbiltà li jirreġistraw każ direttament miegħi u mat-tim tiegħi. Kien għalhekk ukoll li introduċejt il-progett eME. 

Kien għalhekk ukoll li ddecidejt nieħu rwol attiv fil-politika billi nikkandida ruħi fl-elezzjoni li jmiss fuq l-ewwel u t-tielet distrett. Vjaġġ politiku fejn immur għand in-nies, inkun qrib in-nies u nitkellem il-lingwa tan-nies. Is-sejħa mill-partit aċċettajtha għax inħoss li ni- sta’ verament inkun il-leħen taż-żgħażagħ, tal-anzjani u tal-familji kollha f’dawn id-distretti. Dan għamiltu bi- sex niddefendi l-interessi ta’ kull resident fl-ewwel u t-tie- let distrett bħal meta tressaq il-proġett ta’ Marsaskala fejn sħaqt fuq il-bżonn li l-proġett propost ikun iggwidat mis- sens komun, mill-interess tal- ġid komuni u mill-interess li jkun hemm sostenibilità ambjentali, soċjali u infra- strutturali. Inħoss li nista’ nkun tassew l-leħen tan-nies li niltaqa’ magħhom kuljum u li f’dak il-ftit hin li nkun magħhom jaqsmu miegħi il-ferħ, il-problemi, l-sfidi u l-ħolm tagħhom. Fuq kollox, inħoss li nista’ nkun parti mill bidla soċjali, ekonomi- ka u kulturali li l-gvern qed ifassal għal pajjiż li rridu nħallu lil uliedna. Bidla li qed ikolli rwol attiv fiha per- mezz ta’ diversi fora li l-partit qed jinvolvini fihom inkluż il-Mitt Idea li fihom jien kel- li rwol attiv bħala cerperson ta’ wieħed mis-sotto kumitati fil-fora – Il-Futur ta’ Uliedna. 

Dan il-vjaġġ politiku qed nimxih fi ħdan il-Partit Laburista, il-partit li naqsam l-istess prinċipji, l-istess viżjoni soċjali u ekonomika, l-istess valuri soċjalisti, l-istess sentiment fuq il-valur soċjali u l-istess ħsieb għal futur ta’ pajjiżna. Il-Partit Laburista, l-unika alternativa kredibbli biex pajjiżna verament jilħaq il-milja tiegħu fis-snin li ġejjin u biex pajjiżna tassew iwitti t-triq għal Malta ta’ għada. 

Ekonomija

Sport