Wednesday, April 24, 2024

Stqarrijiet mill-MFA

Aqra wkoll

Il-Malta Football Association tixtieq turi solidarjetà mar-referee C J Saliba li kien aggredit waqt il-logħba mill-Kampjonat MAFA bejn Marsa St. Michaels u Valletta Stars, liema logħba kienet qed tintlagħab ilbieraħ fil-Grawnd ta’ Marsaxlokk

L-inċident se jkun suġġett għall-proċess ta’ dixxiplina li jgħodd bl-istess mod għall-kompetizzjonijiet amatorjali organizzati mill-assoċjazzjonijiet membri tagħha.

L-MFA tikkundanna kull forma ta’ vjolenza u tfakkar li l-vjolenza m’għandhiex post fil-football.

Sport