Saturday, December 21, 2024

Rebħa kbira għal Balzan kontra NK Domzale

Aqra wkoll

NK Domzale ……..1

Balzan……………..4

Balzan għamlu pass kbir lejn it-tieni round ta’ kwalifikaz­zjoni tal-UEFA Conference League meta fl-ewwel leg huma għelbu lil NK Domzale, bl-iskor ta’ 4-1 fis-Slovenja.

Huma fetħu l-iskor wara tmien minuti meta Aleksa Andrejic skorja minn rebound minn mal-art wara li l-goalkeeper avversarju, Gasper Tratnik, laqa’ parzjalment id-daqqa ta’ ras tiegħu.

Imbagħad, fl-44 minuta, il-Balzanin irduppjaw wara li ngħataw penalty meta Triston Caruana twaqqa’ minn Benjamin Markus fil-kaxxa … biex mill-11-il metru Jake Grech ma żbaljax. 

Fit-53 huma komplew ikabbru l-iskor meta minn azzjoni ta’ corner, Peter Olawale sammar il-ballun fix-xibka b’daqqa ta’ ras stupenda.

Iżda erba’ minuti wara Domzale naqqsu l-marġni tal-iskor minn penalty ta’ Franko Kovacevic wara li Angel Torres waqqa’ lil Ziga Repas fil-kaxxa.

Żewġ minuti mit-tmiem, is-Sloveni spiċċaw jilagħbu b’għaxar players wara li tkeċċa Zeni Husmani għal karta ħamra diretta. 

U bis-superjoritá numerika, fl-94 minuta, il-Balzanin issiġillaw ir-rebħa minn Nikola Zerjal li kompla għal ġewwa mill-pass ta’ Torres.

Domzale: 1-Gasper Tratnik, 2-Mirko Mutavcic, 3-Andrej Djuric, 4-Benjamin Markus, 9-Franko Kovacevic, 11-Mario Krstovski (32-Gasper  Cerne 80), 18-Edin Julardzija (31-Jost Pisek 46) (90-Zeni Husmani 64), 19-Ziga Repas, 20-Abraham Nwankwo, 21-Jan Dapo, 77-Danijel Sturm (7-Luka Topalovic 58) – Coach: Simon Rozman

Balzan: 99-Danilo Golovic, 2-Ivan Bozovic, 5-Samir Arab, 7-Tristan Caruana, 8-Paul Fenech (18-Ryohei Michibuci 61), 10-Angel Torres, 17-Peter Olawale (Manyluak Aguek 71), 21-Jake Grech, 24-Nikola Braunovic, 27-Momcilo Raso, 77-Aleksa Andrejic (19-Nikola Zerjal 83)

Referee: Paul Mclaughlin (Irlanda)

Assitenti: Darragh Keegan, Christopher Campbell (Irlanda)

Raba’ Uff: Rob Harvey (Irlanda)

Skorers: A. Andrejic 8, J. Grech 44 pen, P. Olawale 53, N. Zerjal 94 (B); F. Kovacevic 57 pen (D)

Ammoniti: J. Grech, N. Braunovic, A. Andrejic (B)

Ekonomija

Sport