Sunday, November 24, 2024

Rebħa kbira għan-Norveġja u rebħiet stretti għall-Marokk u l-Kolombja

Aqra wkoll

Hekk kif ilbieraħ tkompliet tintlagħab it-Tazza tad-Dinja tan-Nisa, in-Norveġja rreġistraw rebħa kbira fuq il-Filippini, waqt li l-Marokk u l-Kolombja rreġistraw rebħiet stretti fuq il-Korea ta’ Isfel u l-Ġermanja rispettivament. Dan filwaqt li l-Iżvizzera u New Zealand temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ mingħajr goals.

Fl-ewwl partita, wara t-telfa umiljanti ta’ 6-0 fl-ewwel logħba kontra l-Ġermanja, il-Marokk, fil-Coopers Stadium, f’Adelaide għelbu lill-Korea t’Isfel bl-iskor minimu ta’ 1-0.

Il-goal tant importanti tar-rebħa wasal wara biss sitt minuti meta wara li rċeviet minn kross ta’ Ait El Haj, Jraidi b’daqqa ta’ ras preċiża tefgħet ġewwa.

Intnat, fit-tieni partita minn Grupp A, f’Eden Park, in-Norveġja umiljat lill-Filippini b’rebħa ta’ 6-0 f li permezz tagħha għaddew mill-grupp b’differenza ta’ goals aħjar minn New Zealand.

Huma fetħu l-iskor fis-sitt minuta meta minn azzjoni ta’ Thea Bjelde kienet Sophie Roamn Haug li tefgħet ġewwa. Huma rduppjaw l-iskor fis-17-il meta Vilde Boe Risa għaddiet tajjeb lejn Haug li minn pożizzjoni ideali ma ħafritx. Dan sabiex fil-31 minuta Caroline Graham Hansen li għamlithom tlieta għan-Norveġiżi.

Il-partita kienet diġá mirbuħa u mitlufa u fit-48 minuta, auto-gowl ta’ Alicia Barker wassal għar-raba’ goal tan-Norveġiżi, sabiex fit-53 minuta Guro Reiten skorjat minn penalty. U biex l-affarijiet ikomplu ġejjin ħażin għall-Filippini, fis-67 minuta tkeċċiet għalihom Sofia Harrison. Fil-95 minuta, in-Norbeġja ssiġillaw ir-rebħa permezz tas-sitt goal meta Guro Reiten għaddiet tajjeb Sophie Roman Haug li tefgħet ġewwa biex irreġistrat doppjetta personali u tat il-kwalifikazzjoni mistħoqqa lin-Norveġiżi.

Fit-tielet partita, l-Iżvizzera u New Zealand fil-Forsyth Bar Stadium, f’Duedin, temmew il-konfront ta’ bejnitehom fi drwa ta’ mingħajr goals. B’hekk, l-Iżviżżera rebħu Grupp A b’ħames punti filwaqt li n-New Zealand spiċċaw b’erba’ punti daqs in-Norveġja, iżda n-Norveġiżi kkwalifikaw minħabba differenza ta’ goals aħjar.

Fir-raba’ u l-aħħar partita, il-Kolombja ħasu lill-Ġermanja meta għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1. Wara li l-ewwel taqsima ntemmet fi draw ta’ mingħajr gowls, il-Kolombjani fetħu l-iskor fit-52 minuta b’goal tal-istampi minn Linda Caicedoli meta minn azzjoni personali, qabżet żewġ plejers fil-kaxxa, u tefgħet il-ballun fir-rokna tax-xibka.

Il-Ġermaniżi rebħu penalty fit-88 minuta meta l-goalkeeper Perez Jaramillo waqgħet lil Lena Oberdorf fil-kaxxa. Mill 11-il metru nkarigat ruħha Alexandra Popp li ma żbaljatx biex ġabet l-iskor indaqs.

Iżda kien għad fadal aktar drama fil-partiat, meta fil-ħin miżjud, il-Kolombja skorjaw il-goal tar-rebħab’daqqa ta’ ras mill-isbaħ li ma tat l-ebda ċans lil Frohms, biex issa l-Kolombja jridu biss punt mill-konfront kontra l-Marokk biex jikkwalifikaw.

Sport