F’partita ta’ ħbiberija tal-pre-season li ntlagħbet f’Orlando, l-Istati Uniti, Arsenal irreġistraw rebħa kbira ta’ 4-0 fuq Chelsea.
Kien Gabriel Jesus (15) li fetaħ l-iskor u Martin Odegaard (36) żied ieħor biex daħlu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ żewġ goals.
Fit-tieni taqsima, il-Gunners komplew jiddominaw u skorjaw darbtejn oħra minn Bukayo Saka (66) u Samba Lokonga (92).