Sunday, December 22, 2024

Rebħa komda għal Sliema Wanderers fuq Naxxar Lions

Aqra wkoll

Naxxar Lions ………..0

Sliema Wanderers ….3

Minn Cristian Muscat

Sliema Wanderers kisbu rebħa komda fuq Naxxar Lions bl-iskor ta’ 3-0 biex baqgħu jżommu il-pass maż-żewġ timijiet ta’ fuqhom, Birkirkara u Floriana.

Min-naħa l-oħra, Naxxar Lions baqgħu fil-post ta’ qabel l-aħħar iżda mhuwiex kollox mitluf għalihom minħabba li fit-tieni round jibdew jintlagħbu l-konfronti diretti.

Il-Wanderers ma setgħux kellhom bidu aħjar minħabba li wara biss sitt minuti huma fetħu l-iskor permezz ta’ xutt ta’ WESCLEY MATOS DA SILVA minn barra l-kaxxa li għeleb għal kollox lill-goalkeeper, Andre Fenech, li kien qed jieħu post dak regolari, Matthias Debono.

In-Naxxar wiegbu fil-11-il minuta meta Degran Jackson kellu t-tentattiv tiegħu jintemm barra.

Fit-22 minuta, Sliema reġgħu ħolqu l-periklu meta minn qagħda ideali kellu t-tentattiv tiegħu jiġi mdawwar f’corner minn Fenech.

Erba’ minuti wara, is-Sli­miżi kien ferm sfortunati li ma rduppjawx meta Wescley  għadda tajjeb lejn Vito Plut li x-xutt tiegħu fil-baxx stampa mal-wieqfa.

Huma komplew jippressaw u fit-28 minuta, Simon Zibo min-nofs il-kaxxa ra x-xutt tiegħu jiġi salvat b’mod tajjeb minn Fenech li kellu partita sodisfaċenti bis-saves deteminanti tiegħu. 

Madankollu, fl-54 minuta huma ma seta’ jagħmel xejn meta VITO PLUT approfitta minn nuqqas ta’ attenzjoni fid-difiża ta’ Naxxar u minn taħt il-lasta bir-ras tefa’ ġewwa.

Fit-73 minuta, il-Wander­ers reġgħu heddew, din id- darba permezz ta’ xutt ta’ Adam Magri Overend mill-viċin li reġa’ sab lil Fenech attent. 

In-Naxxar wieġbu fit-80 minuta permezz ta’ xutt b’saħħtu ta’ Degran Jackson li sab lill-goalkeeper, Kelvin Agu Emeka attent.

Fil-ħin miżjud, Sliema rebħu penalty meta Myles Beerman twaqqa’ fil-kaxxa biex mill-11-il metru kien is-sostitut JONATA BASTOS li tefa’ lil Fenech naħa u l-ballun fin-naħa opposta.

NAXXAR L.: 12-Andre Fenech, 3-Nikolai Micallef, 4-Pedro Vitor, 7-Takuma Yamaguchi (13-Kayne Haber 63), 10-Edson Farias (8-Neil Pace Cocks 63), 15-Ryan Cassar (5-Owen Portelli 63), 19-Gustavo Santos Barbosa, 21-Matthias Fenech (17-Jayden John Bonanno 75), 22-Staline Degabriele (28-Giuseppe Bonanno 74), 31-Degran Jackson, 44-Ito Yasukaze – Coach: George Vella

SLIEMA W.: 12-Kelvin Emeka Agu, 2-Jean Borg, 9-Vito Plut (Nicholas Strickland 75), 11-Myles Beerman, 15-Gustavo Alcino (7-Adam Magri Overand 68), 20-Wescley Matos da Silva, 22-Cain Attard, 31-Henrique Murillo, 42-Simon Zibo (5-Neil Frendo 68), 70-Steve Pisani (18-Serginho 84), 77-Mohamed Abdulahi Awad (97-Jonata Bastos 75) – Coach: Paul Zammit

REFEREE: Daniel Casha

ASS. REFEREES: Duncan Spencer, David Castillo

RABA’ UFF: Joseph Scerri

SKORERS: Wescley 7, V. Plut 54, J. Bastos 92 pen (SW)

AMMONITI: Ħadd

Ekonomija

Sport