Monday, December 9, 2024

Floriana jagħtu l-ewwel telfa lil Birkirkara

Aqra wkoll

Birkirkara …….1

Floriana ……….3

Minn Cristian Muscat

Wara xejn inqas minn disa’ reb­ħiet konsekut­tivi, Floriana taw l-ewwel telfa lill-leaders Birkirkara biex naqqsu wkoll id-distakk fil-quċċata għal ħames punti hekk kif ġie fi tmiemu l-ewwel round tal-Ewwel Fażi fejn  saru magħruf it-timijiet li se jilagħbu fit-Top Six u dawk fil-Bottom Six. 

L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fil-21 minuta, minn Floriana meta Kemar Reid serva li Franklin Sasere li mill-viċin laqat sieq il-lasta.

Iżda sekondi biss wara, il-Greens fetħu l-iskor meta  minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Jake Grech, CARLO ZAMMIT LONARDELLI xe­ħet fix-xibka b’daqqa ta’ ras stupenda.

Fid-29 minuta, resqu viċin meta Reid tefa’ cross perikoluż iżda ħadd minn sħabu ma rnexxielu jagħmel kuntatt mal-ballun.

Fil-35 minuta, Birkirkara kisbu d-draw meta minn azzjoni ta’ corner il-ballun wasal għand AGUSTIN SANDONA li b’first-timer għeleb lill-goalkeeper, Christoffer Ma­foumbi.

Fit-42 minuta, Floriana, ipprotestaw għall-penalty me­ta Sasere deher jitwaqqa’ minn Alessandro Coppola, iżda kien kollox normali għar-re­feree, Matthew Degabriele.

Madankollu, fis-57 minuta, Floriana marru fil-vantġġ meta  Jake Grech xeħet cross preċiż lejn CARLO ZAMMIT LONARDELLI li permezz ta’ daqqa ta’ ras oħra mill-isbaħ għeleb lill-goalkeeper Giacomo Volpe biex irreġistra doppjetta personali.

Birkirkara wieġbu fil-71 minuta meta Alex Satariano għadda lejn Maxuell Maia li falla l-mira bi ftit b’xutt mid-distanza.

Peró, fl-74 minuta, Floriana ssiġillaw ir-rebħa meta wara li rċieva minn corner ta’  Jake Grech, CEDRIC SERGE YAMEOGO ma ħafirx f’xutt qawwi.

Fit-83 minuta, Floriana spiċċa b’10 players meta tkeċċa  Emerson Souza Silva wara daħla kerha fuq is-sostitut, Andrea Zammit.

BIRKIRKARA: : 1-Giacomo Volpe, 3-Manuel Ignacio Morello, 5-Agustin Sandona, 6-Leonel Gaitan (77-Maicon De Souza Da Silva 77), 8-Paul Mbong (10-Andrea Zammit 58), 20-Alex Sataraiano, 24-Leandro Lacunza, 25-Neil Micallef (7-Shaun Dimech 79), 27-Alessandro Coppola, 91-Maxuell Maia, 93-Yikpe Gnamien   – Coach: Stefano De Angelis

FLORIANA: 45-Christoffer Mafoumbi, 4-Oualid El Hasni, 8-Jake Grech, 9-Kemar Reid (7-Mattia Veselji 84), 11-Thiaguinho (22-Kyrian Nwoko 92), 12-Dunstan Vella, 21-Carlo Zammit Lonardelli (17-Owen Spiteri 91), 27-Franklin Sasere (70-Fernando De Araujo 92), 55-Alexandros Kouro, 79-Cedric Serge Yameogo, 97-Emerson Santos De Souza   – Coach:Darren Abdilla

REFEREE: Matthew Degab­riele

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri

RABA’ UFF: Alex Johnson

SKORERS: C. Zammit Lonardelli 21, 54, G. C. Yameogo 79 (F), A. Sandona 35 (B)

AMMONITI: M. Maia, N. Micallef (B), D. Vella, A. Kouro (F)

TKEĊĊA: E. Santos De Souza 83 (F)

Ekonomija

Sport