Sunday, November 24, 2024

Rebħa meritata għal Marsaxlokk kontra Sirens

Aqra wkoll

Marsaxlokk……………..3

Sirens………………………1

Marsaxlokk irriżultaw bħala wisq b’saħħithom għal Sirens meta għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1, fejn kienu diġá aċċertaw mir-rebħa sa tmiem l-ewwel taqsima hekk kif kienu diġá tliet goals minn fuq. 

Huma fetħu l-iskor fit-22 minuta meta Junior Gomes avvanza tajjeb qabel għadda lil YURI DE JESUS MESSIAS fuq ix-xellug li mill-viċin tefa’ ġewwa.

Sitt minuti biss wara, cross ta’ Leandro Aguirre mix-xellug nifed lid-difiża ta’ Sirens, qabel wasal għand SUNDAY AKINBULE li minn pożizzjoni ideali tefa’ l-ballun fix-xibka.

Ix-Xlukkajri komplew jiddiominaw u fl-34 minuta, skorjaw it-tielet goal meta JUNIOR GOMES, wera kontroll sublimi fil-kaxxa meta dar mal-goalkeeper ta’ Sirens, Andrea Cassar, u tefa’ l-ballun f’lasta vojta.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Sirens, dehru trasformati u fil-fatt fis-66 minuta is-sostitut FRANK BOATENG irċieva tajjeb mingħand Mohammed Hafiz, qabel evita lill-avversarju tiegħu u għeleb lill-golkeeper ta’ Marsaxlokk, Marko Drobnjak.

Madankollu, kull tama li Sirens kellhom li jerġgħu jidħlu lura fil-partita ġiet annullata mid-difiża ta’ Marsaxlokk li dehret ferm kumpatta u organizzata.

Dan sabiex, fit-80 minuta, is-sostitut Anthony Obonogwu seta’ żied ir-raba’ goal għal Marsaxlokk permezz ta’ xutt b’saħħtu li ġie salvat minn Andrea Cassar.

Marsaxlokk komplew jamministraw il-vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.

Marsaxlokk: 95-Marko Drobnjak, 3-Weder da Silva Soares, 6-Nikolai Muscat, 10-Yuri De Jesus Messias (22-Dale Mifsud 46), 17-Jacob Walker, 18-Gary Camilleri, 19-Ayo Vaikanah, 27-Leandro Aguirre, 33-Diego Pires Dall’Oca, 88-Sunday Akinbuke (99-Anthony Obonogwu 85), 94-Junior Gomes (8-Jake Ghio 74) Coach: Winston Muscat

Sirens: 1-Andrea Cassar, 3-Tiago Almeida, 5-Prosper Owisu, 8-Nicholas Pulis (15-Elijah Caesey 82), 9-Jonathan Perea, 18-Mohammed Akadaom, 22-Alex Cini (31-Degran Jackson 82), 23-Bismark Asare (10-Frank Boateng 46), 26-Sacha Borg, 29-Kwasi Dinsu, 77-Jean Borg (96-Daniel Agius 56) Coach: Steve D’Amato

Referee: Darryl Agius

Ass. Referees: Duncan Sultana, Max-Lee Musact

Raba’ Uffiċjal: Emanuel Grech

Skorers: Y. De Jesus Messias 22, S. Akinbule 28, J. Gomes 34 (M), F. Boateng 65 (S)

Ammoniti: J. Walker, A. Vaikanah, L. Aguirre, J. Ghio (M), K. Donsu (S)

Player tal-Logħba: Sunday Akinbule (M)

Sport