Thursday, December 26, 2024

Rebħa mill-aktar important għal Gzira United

Aqra wkoll

Gzira United ……3

Gudja United……0

Gzira United għelbu l-isfida ta’ Gudja United bl-iskor ta’ 3-0 minkejja li lagħbu bi player inqas għal kważi l-partita kollha. 

Grazzi għal din ir-rebħa, issa l-Maroons inqalgħu miż-żona tar-relegazzjoni u tista’ wkoll titqies bħala nifs ġdid fit-tentattiv li jkom­plu jissieltu għas-salvazzjoni me­ta hemm sitt timijiet involuti biex tnejn minnhom jiġu relegati flimkien ma’ Sirens u Gudja United hekk kif jidher biċ-ċar li dawn se jitilfu posthom.

Wara biss ħames minuti, Gzira qalgħu daqqa ta’ ħarta meta tkeċċa Marcelo Dias permezz ta’ ammonizzjoni doppja, l-ewwel wara foul li kkommetta fuq player avversarju, imbagħad minħabba rimarki li għadda fil-konfront tar-referee Emanuel Grech.

Iżda minkejja li bi player inqas, huma xorta waħda bdew jipproduċu l-isbaħ logħob u fid-19-il minuta fetħu l-iskor meta LUCAS MACULA avvanza u permezz ta’ xutt ċentarli minn tarf il-kaxxa ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper, Justin Spiteri.

Huma komplew jippressaw u fil-33 minuta rebħu penalty, biex mill-11-il metru ZACHARY SCERRI permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ l-ballun naħa u lil Spiteri, in-naħa opposta.

Seba’ minuti wara, kienu Gudja li rebħu penalty meta Jackson Mendoza  waqqa’ lil Stephen Akomeah fil-kaxxa.

Iżda Mathias Muchardi ra lill-goalkeeper, Darijan Zarkov, isalva bi bravura biex ċaħħad lill-Gudjani mil­li jnaqqsu l-marġni tal-iskor.

Kien biss fit-68 minuta li waslet l-azzjoni sussegwenti bi Gzira jkunu huma li joħolqu l-periklu meta Lucas Macula impenja lil Spiteri, hekk kif kellu x-xutt mill-viċin mdawwar f’corner bi bravura minn dan tal-aħħar.

Bil-partita mirbuħa u mitlufa, naqset ħafna mir-ritmu bil-Gżirjani xxamplati jikkontrollaw il-vantaġġ tagħ­hom.

Madankollu, fil-ħin miżjud huma ssiġillaw ir-rebħa permezz ta’ KYLE SPENCE, li minn taħt il-lasti tefa’ ġewwa. 

gzira u.: 30-Darijan Zarkov, 2-Carlos Filho Conceicao, 7-Thaylor Aldama, 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias, 11-Lucas Macula (19-Kyle Spence 85), 16-Luis Carlos Riascos, 20-Farid Romero Zuniga, 47-Brooklyn Borg (21-Zachary Cassar 82), 93-Thiago Espindola, 98-Jackson Mendoza (4-Andrew Borg 90) – Coach: Andrew Cohen

gudja u.: 90-Justin Spiteri, 5-Armando Brenner, 11-Matias Muchardi, 22-Josimar Aldair Quintero (92-Joseph Ime Godwin 72), 22-Fernandes Mango, 27-Saviour Nwafor (9-Ibrahim Salis 46), 28-Rodrigie Nanitelamio, 30-Stephen Akomaeah (10-Gianluca Lorenzoni 58), 39-Zak Grech (7-Shaisen Attard 46), 77-Aidan Jake Friggieri (99-Gianluca Zammit 58), 88-Mirko Esposito – Coach: Renzo Kerr-Cumbo

REFEREE: Emanuel Grech

ASS. REFEREES: Duncan Spencer, Robert Curtis

RABA’ UFF: Ishmael Barbara

SKORERS: L. Macula 19, Z. Scerri pen. 33, K. Spence 92 (GzU)

AMMONITI: M. Dias  (GzU), R. Nanitelamio, G. Zammit (GdU)

TKEĊĊA: M. Dias 5 (GzU) 

Ekonomija

Sport