Friday, July 26, 2024

Premier Ingliż: Manchester United jegħlbu lil Luton bi tbatija

Aqra wkoll

Fil-Premier League Ingliż, Manchester United kisbu rebħa sofferta ta’ 2-1 kontra Luton Town.

Iżda dak li jimporta huwa li rebħu tliet punti oħra fil-ġlieda tagħhom li jtemmu mal-ewwel erbgħa li jkun ifisser passaġġ għall-UEFA Champions League.

Fil-veritá, huma setgħu rebħu bi skor akbar iżda setgħu wkoll faċilment spiċ­ċaw  fi draw meta fil-95 mi­nuta, Ross Barkley laqat il-mimduda għal Luton.

Appena għaddew ftit sekondi, ir-Red Devils fetħu l-iskor minn Rasmus Hoj­lund li approfitta minn żball difensiv.

Fis-seba’ minuta, l-attakkant Daniż irreġistra doppjetta meta x-xutt ta’ Alejandro Garnacho ġie devjat b’sidru.

Fl-14-il minuta, Carlton Morris naqqas il-marġni tal-iskor għall-Hatters.  

 Sheffield U. v Brighton – Brighton irreġistraw rebħa kbira meta marru għand it-team li jinsab f’qiegħ il- klassifika, Sheffield United, u għelbuhom bl-iskor ta’ 5-0.

Peró, wieħed irid jgħid ukoll li, fit-13-il minuta, il-Blades sabu ruħhom f’inferjoritá numerika meta tkeċċa Mason Holgate għal daħla verament kerha fuq Kauro Mitoma.

Din it-tkeċċija wittiet it-triq għal din il-goleada permezz ta’ Facundo Valentin Buo­nanotte (20), Danny Welbeck (24), auto-goal ta’ Jack Robinson (75) u doppjetta minn Simon Adingra (78, 85).

Ekonomija

Sport