Wednesday, July 24, 2024

Għawm: L-Isvediża Sarah Sjostrom tirbaħ is-sitt midalja fil-50m butterfly

Aqra wkoll

L-Isvediża, Sarah Sjostrom reġgħet għamlit­ha! Hija rebħet il-midalja tad-deheb fil-50m butterfly li kienet is-sitt waħda  tagħha f’din id-dixxiplina meta nhar is-Sibt saret is-seba’ ġurnata tal-Kampjonati tad-Dinja f’Doha, il-Qatar. Bravuri oħra saru mit-Taljana Sara Quadrarella li kisbet double fil-freestyles fit-tul, l-Amerikana Claire Curzan li kisbet hat-trick fil-backstrokes, u ċ-Ċiniż Pan Zhanle li rebaħ erbgħa tad-deheb fil-freestyles.

50m BUTTERFLY NISA

Sarah Sjostrom kisbet is-sitt titlu tagħha tal-Kampjonati Dinjija fl-avveniment. Hija rebħet l-ewwel wieħed f’Kazan fl-2015, li jfisser li ilha dominanti fih għal kważi 10 snin snin sħaħ.

Melanie Henique kienet ma’ Sjostrom għall-ewwel ftit metri iżda mbagħad l-Isvediża ħarbet u ma ħarisx lura biex spiċċat rebbieħa f’24.63 sekondi bil-Franċiża tieħu l-fidda f’24.44 u l-Eġizzjana Farida Osman tieħu l-bronż id-dar f’25.67.

50m FREESTYLE RĠIEL

L-Ukren Vladyslav Bukhov wettaq sorpriża u għeleb lill-aħħar żewġ champions tad-dinja, Cameron McEvoy u Ben Proud. Huwa kien l-aħħar barra mill-blokki u deher barra mit-tellieqa mal-ewwel battuti.

Kien jidher li t-tellieqa kienet se tkun bejn l-Ameri­kan McEvoy u l-Brittaniku Proud, iżda daħal minn wara biex jerġa’ lura fit-taħlita għall-midalji.

Bukhov rebaħ it-titlu f’21. 44 sekondi. McEvoy kiseb il-fidda f’21.45 filwaqt li Proud ħa l-bronż 0.08 sekondi lura b’21.53.

200m BACKSTROKE NISA

Claire Curzan kisbet reb­ħa dominanti fil-200m backstroke tan-nisa biex għaq­qdet hat-trick tal-backstrokes. Hi­ja saret biss it-tielet għawwiema fl-istorja tal-kampjonati li kinset id-distanzi ta’ 50/100/200 ta’ stroke waħda fil-Worlds, u ngħaqdet ma’ Kaylee McKeown u Qin Haiyang li t-tnejn kisbu din il-bravura f’Fukuoka.

Mhux biss hija t-tielet    deheb individwali ta’ Curzan u r-raba’ tagħha tal-laqgħa, iżda huwa wkoll l-aqwa ħin personali tagħha. Hija misset il-ħajt f’2:05.77 minuti biex rebħet id-deheb bil-fidda tmur għand l-Aws­traljana,  Jaclyn Barclay f’2:07.03 u l-bronż għand Anastasia Shkurdai tal-Atleti Newtrali f’2:09.08.

100m BUTTERFLY IRĠIEL

Il-Portugiż Diogo Matos Ri­beiro kiseb it-tieni midalja tad-deheb tiegħu tal-laqgħa b’mod eċċitanti. Minn barra f’lane 1, Nyls Korstanje żamm mal-istrateġija tiegħu li joħroġ iebes u baqa’ jillidja sal-aħħar metri hekk kif Ribeiro, Simon Bucher u Jakub Majerski spiċċaw f’din l-ordni.

Kien Ribeiro li wettaq ix-xogħol meta ħareġ rebbieħ f’51.17 sekondi, waqt li l-Aws­traljan  Bucher, ħa l-fidda f’51.28 u l-Pollakk Majerski l-bronż f’51.32.

800m FREESTYLE NISA

It-Taljana Simona Quadarella lestiet id-doppjetta tad-distanza b’0.09 sekondi biss jifirdu lilha u lill-Ġermaniża Isabel Marie Gosel f’tellieqa eċċitanti bejn it-tnejn matul il-korsa kollha.

It-tnejn kienu qed jieħdu nifs qawwi hekk kif niżlu għad-dritta finali fejn kienet Quadarella li daħlet l-ewwel biex rebħet id-deheb f’8:17.44 waqt li Gose ħadet il-fidda fi 8:17.53, b’Erika Fairwea­ther ta’ New Zealand tieħu l-bronż fi 8:22.26.

4×100 FREESTYLE RELAY MIXED

L-għawwiema Ċiniżi komplew bil-wirjiet qawwija tagħ­hom fir-relays meta llidjaw din ir-relay tal-4x100m freestyle mħallta, fejn kisbu r-raba’ midalja tad-deheb tar-relays tal-laqgħa. Huma bdew bid-detentur tar-rekord dinji, Pan Zhanle, meta rebaħ it-titlu individwali tal-100 freestyle f’47.29 sekondi.

It-team Ċiniż kompost minn Pan, Wang, Li u Yu, kiseb id-deheb fi 3:21.18, dik tal-fidda mill-Awstralja fi 3:21.78 u l-bronż l-Istati Uniti fi 3:22.28.

Ekonomija

Sport