Wednesday, April 24, 2024

Rebħa oħra kbira għal Inter … din id-darba kontra ċ-champions Awstrijaċi Red Bull Salzburg

Aqra wkoll

Inter…………………….4

RB Salzburg………….0

Wara r-rebħa kbira ta’ 6-1 kontra Gzira United, Inter għelbu liċ-champions Awstrijaċi Red Bull Salzburg bl-iskor kbir ta’ 4-0, f’dik li kienet it-tieni u l-aħħar partita għalihom waqt kamp ta’ taħriġ li qed jagħmlu f’pajjiżna, biex b’hekk skorjaw 10 goals f’żewġ partiti u sofrew goal wieħed biss.

Inter għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari kmieni fil-partita u wara li rċieva mnn cross mil-lemin ta’ Roberto Gagliardini, Nicolo Barella kellu xutt mill-ewwel imblukkat mill-goalkeeper ta’ Red Bull Salzburg, Nico Mantl.

Huma fetħu l-iskor fl-20 minuta  meta Federico Dimarco xeħet cross li sab lil HENRIKH MKHITARYAN li mill-viċin tefa’ l-ballun fix-xibka.

In-Nerazzurri komplew fuq l-offensiva u fit-42 minuta, irduppjaw l-iskor meta wara li rċieva minn freekick tal-ispeċjalista Hakan Calhanoglu, FRANCESCO ACERBI, kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa.

Fi-tieni taqsima kompla d-dominju ta’ Inter għalkemm l-Awstrijaċi ippruvaw iwettqu xi tip ta’ reazzjoni.

It-team immexi mill-coach Simone Inzaghi skorja t-tielet goal fit-72 minuta meta wara li rċieva minn daqqa ta’ ras ta’ Edin Dzeko, HENRIKH MKHITARYAN, minn taħt il-lasta tefa’ l-ballun fix-xibka.

Huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tar-raba’ goal fil-ħin miżjud permezz taż-żagħżugħ VALENTIN CARBONI li minn qagħda ideali tefa’ ġewwa.

Inter: Samir Handanovic (Alex Cordaz 72); Milan Skriniar (Stefano Di Pentima 85), Francesco Acerbi (Alessandro Fontanarosa 85), Alessandro Bastoni (Andrea Pelamatti 85); Raoul Bellanova (Nicolo Biral 80), Nicolo Barella (Valentin Carboni 72), Hakan Calhanoglu (Kristjan Asllani 46), Roberto Gagliardini (Tommaso Guercio 85), Federico Dimarco (Robin Gosens 46); Henrikh Mkhitaryan (Aleksandar Stankovic 80); Edin Dzeko (Jan Zuberek 72) Coach: Simone Inzaghi

Red Bull Salzburg: Nico Mantl (Adam Stejskal 46); Amar Dedic (Ignace Van der Brempt 46), Samson Baidoo, Bernardo, Maximilian Wöber; Lawrence Agyekum (Raphael Hofer 65), Nicolas Seiwald (Tolgahan Sahin 65), Maurits Kjaergaard; Dijon Kameri (Zeteny Jano 65); Sekou Koita (Roko Simic 32), Karim Konate Coach: Matthias Jaissle

Referee: Trustin Farrugia Cann

Ass. Referees: Luke Portelli, Edward Spiteri

Raba’ Uffiċjal: Malcolm Spiteri

Skorers:H. Mkhitaryan 20, 72, F. Acerbi 42, V. Carboni 90 (I)

Ammoniti: Ħadd

Sport