Sunday, December 22, 2024

Rebħiet oħra għal Clyve Chetcuti, Diana Muscat fit-Tiġrija 4 ta’ Cisk 0.0 XC National Point Series

Aqra wkoll

Il-Malta Mountain Bike Association dan l-aħħar ospitat tmiem il-ġimgħa ta’ kompetizzjoni meta ospitat it-tieni tiġrija tad-Downhill Series u r-raba’ tiġrija taċ-Cisk 0.0 XC National Point Series.

Cisk 0.0 XC National Point Series

Ix-xita qawwija li laqtet lil Malta dak inhar tat-tiġrija Cross Country tat sfida akbar lill-parteċipanti li kellhom jiffaċċjaw mogħdijiet jiżolqu u tajn tul it-triq.

Clyve Chetcuti, li rebaħ ukoll it-tellieqa preċedenti f’Għawdex, kien qed jikkompeti għal rebħa oħra, minkejja li Luke Borg kien determinat li jpatti għar-riżultat diżappuntanti tiegħu f’Għawdex. Minkejja li ħa l-vantaġġ fil-bidu, żewġ flat tyres waqqfu l-parteċipazzjoni ta’ Borg, fejn ħalla it-triq miftuħa għall-atleti bħal  Stefan Scerri, Brandon Sultana u Mark Bonnici biex jissieltuha fuq il-korsa ta’ sitt dawriet. Chetcuti ħa rebħa u punti importanti lejn il-klassifika finali. It-Tieni u t-Tielet postijiet marru għal Stefan Scerri u Brandon Sultana.

Il-Kategorija Sport, Darren Sultana jżomm il-vantaġġ mill-ewwel dawra segwit minn Jesmar Vella u Keith Bartolo. Fil-Kategorija 40+ Stephen Grima mar fuq quddiem fl-ewwel dawra iżda fl-aħħar kellu jikkuntenta bit-tielet post wara li Joaquin Rojas ħa postu fuq quddiem fit-tieni dawra. Fit-tieni post kien Bernard Micallef Cann li ħa l-ewwel post fuq il-podju f’din is-serje. Enrico Brandamante rebaħ il-kategorija 50+ quddiem Carmelo Abela u Ethan Salter. Diana Muscat u Fiona Darmanin temmew il-podju tan-nisa fl-ewwel u fit-tieni post rispettivament.

Parteċipazzjoni tajba fil-kategoriji taż-żgħażagħ, rat lil Justin Micallef  l-uniku ċiklista li temm il-korsa tal-U19. Fit-tiġrija tas-Subien U17, Ryan Gatt, Chylen Fava u Nathan Goodhand ħadu l-ewwel tlett postijeit, filwaqt li fit-Tlielaq U15, Liam Daly, Neil Cassar u Leo Buccheri ħadu t-trofej dar. Nina Debono Curmi kompliet bil-wirjiet sodi tagħha b’rebħa fil-kategorija tal-Bniet U15 segwita minn Zia Fuji u Katie Vella Wood. Il-podju tas-Subien u l-Bniet U12 ttieħdu minn Jake Said, Ethan Cumbo, Oliver Buccheri u Mikela Ann Spiteri, Kim Micallef Cann u Mickaya Fava rispettivament.

Qabel l-aħħar tiġrija tas-Serje, il-klassifika ġenerali tara lil Clyve Chetcuti (Elite), Darren Sultana (Sport), Stephen Grima (40+), Carmelo Abela  (50+) u Diana Muscat (Ladies) fuq quddiem.

Il-Klassifikazzjoni Uffiċjali tinstab fuq –  https://my.raceresult.com/230623/#0_7903C0

Iċ- Cisk 0.0 XC National Point Series hija sponsorjata mill-birra mingħajr alkoħol Cisk 0.0, Gatorade, u San Michel u hija appoġġjata minn IDMatch Bike Lab.

Downhill Series

It-tieni tellieqa tas-serje downhill saret fl-inħawi tal-Kunċizzjoni fl-Imġarr. Maqsuma fuq tliet kategoriji, Elite, Sport Kategorija 1 u Sport Kategorija 2, il-parteċipanti, kellhom ikopru korsa minn post għal post,  fuq terren mħarbat  u numru ta’ turġien fl-iktar ħin mgħaġġel possibbli. Wara dan ir-rikkieba ġew allokati lejn wieħed mill- tliet kategoriji bbażati fuq l-aqwa ġirja ta’ kwalifikazzjoni tagħhom.

 1st2nd3rd
EliteNic HamiltonKeith BartoloEric Baroli
Sport Cat 1Jakeen GaleaVictor BajadaDavid Micallef
Sport Cat 2Hesron SammitJohan ZammitPaul Grima

L-avvenimenti li jmiss li se jiġu ospitati mill-Malta Mountain Bike Association ser jsir il-Ħadd 14 ta’ Mejju meta ssir l-aħħar tiġrija taċ-Cisk 0.0 XC National Point Series fil-Majjistral Park. Il-Kampjonati Nazzjonali Downhill se jsiru aktar tard f’Ottubru.

Ekonomija

Sport