Sunday, December 22, 2024

Reece James se jitlef it-Tazza tad-Dinja

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ Chelsea, Reece James, se jitlef it-Tazza tad-Dinja minħabba li injury li sofra injury fir-rebħa ta’ 2-0 kontra Milan valida mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League li se tħallih barra mill-azzjoni għal tmien ġimgħat.  

Stqarrija mill-club qalet li: “Wara l-injury fl-irkoppa li sofra fil-partita barra minn darna kontra AC Milan, Reece irċieva kura mid-dipartiment mediku ta’ Chelsea u żar speċjalista fi tmiem il-ġimgħa.

“Wara konsultazzjoni bejn il-partijiet kollha, Reece issa se jgħaddi minn programm ta’ rijabilitazzjoni u mistenni li jdum barra għal tmien ġimgħat.”

“Huwa sofra injury fil-ligamenti tal-irkoppa iżda fortunatament ma għandux bżonn li jsirlu intervent kirurġiku.”

Ekonomija

Sport