Monday, November 4, 2024

Referee attakkat u msawwat fl-ogħla diviżjoni tal-Ekwador

Aqra wkoll

Fl-Ekwador, fil-logħba tal-ogħla diviżjoni bejn Macara u Aucas, referee ġie attakkat u msawwat wara li ordna penalty u aktar tard wera karti ħomor.

Fl-10 minuta tal-ħin miżjud id-difensur ta’ Macara, l-Arġentin Alvaro Cazula,

ikkommetta penalty hekk kif il-VAR ikkonfermat id-deċiżjoni tar-referee.

Iżda l-istaff tekniku pprotesta bl-aħrax għal din id-deċiżjoni bil-konsegwenza li kien hemm battibekk fiżiku lejn l-uffiċjali tal-logħba fejn bosta coaches intwerew il-karta l-ħamra.

Jingħad li l-goalkeeper ta’ Macara, Hector Lautaro Chiriboga, ta daqqa ta’ ħarta f’wiċċ ir-referee Alex Cajas, li wassal biex ir-referee jaqa’ mal-art.

Il-pulizija ta’ kontra l-irvellijiet iċċirkondaw lir-referee bħala protezzjoni hekk kif it-tensjoni kompliet tikber.

Meta l-logħob tkompla, fit-13-il minuta tal-ħin miżjud, Macara ngħataw penalty  skorjat minn Facundo Rodriguez biex kiseb id-draw.

Imbagħad kien imiss lil Aucas biex jipprotestaw mar-referee li eventwalment, fid-19-il minuta tal-ħin miżjud, wera l-karta l-ħamra liż-żewġ players Richard Caicedo u Victor Figueroa.

Sport