Saturday, December 28, 2024

Reġistrati każi ta’ Flurona fl-Istati Uniti… Esperti jbassru żieda ta’ każi fil-jiem li ġejjin

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem ġew reġistrati każi ġodda ta’ Flurona fl-Istati Uniti u f’pajjiżi oħra. Din il-marda hija taħlita tal-virus tal-covid-19 u l-influwenza fl-istess waqt.

Fl-Istati Uniti ġew reġistrati każi ta’ żewġt itfal b’din il-kundizzjoni li għadha pjuttost rari, iżda skont rapporti kien hemm każi oħra rrapurtati fi New York fis-sena li għaddiet.

Każ minnhom jikkonċerna tifel li ddaħħal fi sptar f’Texas u minn testijiet li sarulu rriżulta li kellu ż-żewġ infezzjonijiet. It-tieni każ ġie reġistrat f’Kalifornja meta pazjent mill-Messiku żar lill-familjari tiegħu fl-Istati Uniti u rriżulta pożittiv. S’issa mhuwiex magħruf jekk dawn it-tfal kinux imlaqqmin kontra l-covid-19 jew l-influwenza.

Dawn il-każi jsegwu l-ewwel każ ta’ din it-taħlita taż-żewġ infezzjonijiet f’mara tqila fl-Iżrael li ma kinitx imlaqqma kontra l-virus tal-Covid-19 u l-influwenza.

Esperti tas-saħħa qegħdin ibassru żieda fil-każi ta’ Flurona hekk kif b’mod separat qegħdin ikomplu jżdiedu l-każi ta’ persuni pożittivi għall-virus kif ukoll dawk li jlaqqtu l-influwenza. Skonthom, anke jekk fuq livell separat, il-firxa tal-varjant Omicron huwa wieħed mill-fatturi li se jwassal għal żieda ta’ infezzjonijiet tal-Flurona.

Ekonomija

Sport