Wednesday, April 24, 2024

Philippe Coutinho jingħaqad ma’ Aston Villa

Aqra wkoll

Il-midfielder internazzjonali Brażiljan, Philippe Coutinho, ingħaqad b’self ma’ Aston Villa. 

Dan il-ftehim jara lil Coutinho jingħaqad mal-eks sieħbu ta’ Liverpool, Steve Gerrard.

Tabilħaqq, il-manager tal-Villa, Gerrard, kien il-fattur ewlieni fid-deċiżjoni ta’ Coutinho li jiffirma  minħabba r-relazzjoni mill-qrib li jgawdu flimkien.

Wara taħditiet ma’ Gerrard, il-midfielder offensiv Coutinho tħalla kompletament konvint li pass lejn Villa Park kien il-pass tajjeb għalih.

U hemm kunfidenza kbira fil-kamp tal-Villans li Coutinho se jkun protagonist biex isir wieħed mill-istilel tat-tieni nofs tal-istaġun.

Jingħad li dan it-trasferiment sar fi ftit sigħat meta t-taħdidiet bdew nhar l-Erbgħa filgħodu biex 48 siegħa wara huwa kien jinsab fi triqtu lejn Villa Park. 

Numru ta’ klabbs tal-Premier League u l-Ewropa kienu ħerqana li jiffirmaw lil Coutinho iżda l-influwenza ta’ Gerrard kienet essenzjali biex il-player ta’ 29 sena għażel lill-Villa.

Sport