Thursday, April 25, 2024

13-il passiġġier infettati bil-Covid-19 jaħarbu l-kwarantina mal-wasla tagħhom minn Milan

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mill-anqas 13-il passiġġier li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19 mal-wasla tagħhom f’Amritsar fl-Indja ħarbu waqt li sippost għamlu perjodu ta’ iżolament.

Huma kienu fost 125 passiġġier infettati li waslu minn titjira minn Milan li għamlet l-inżul l-Erbgħa. Disgħa minnhom ħarbu mill-ajruport, filwaqt li erbgħa oħra ħarbu minn sptar li kienu fih għall-osservazzjoni.

Il-Pulizija qalet li se tkun qiegħda tressaq ilment fil-konfront tal-passiġġieri kollha li b’mod irresponsabbli ma mxewx skont l-istruzzjonijiet tal-kwarantina. Barra minn hekk il-Pulizija kkonfermat li bdiet proċeduri biex twaqqaf il-validità tal-passaporti tagħhom.

Id-Deputat Kummissarju ta’ Amritsar ħabbar fuq it-televiżjoni li jekk dawn ma jirritornawx minn jheddhom għand l-awtoritajiet, se jkunu qegħdin jiġu ppubblikati r-ritratti tagħhom fuq il-gazzetti u jibdew ukoll proċeduri legali kontrihom.

S’issa fl-Indja ġew reġistrati aktar minn 35 miljun każ ta’ Covid-19 u kważi 500,000 persuna li tilfu ħajjithom waqt li kienu infettati.

Sport