Thursday, March 28, 2024

ARA: Victor Calvagna se jingħata l-aħħar tislima l-Erbgħa

Aqra wkoll

Dr. Victor Calvagna ser jingħata l-aħħar tislima l-Erbgħa li ġej ġewwa l-Bażilika tal-Mosta fit-3.30pm.

Fiċ-ċirkustanzi li ninsabu fihom bħalissa, minħabba n-numri għoljin tal-COVID, l-organizzaturi qed jagħmlu ħilithom kollha sabiex il-funeral isir skont ir-regolamenti maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.

Iċ-Ċelebrazzjoni ser tixxandar live permezz ta’ link li jidher fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares minn filgħodu.

Fi stqarrija maħruġa fl-aħħar ħin il-pubbliku ntalab jikkoperaw u jifhem s-sitwazzjoni tal-firxa tal-pandemija, anke minkejja li ħafna jixtiequ jattendu għall-funeral.

Barra minn hekk il-familjari qegħdin jesprimu x-xewqa li fil-knisja jkun hemm ġabra ta’ talb u b’hekk l-ebda camera mhux se tkun permessa waqt il-quddiesa.

ARA FILMAT LI JSELLEM UĦUD MILL-MEMORJI SBIEĦ LI SE JIBQGĦU GĦAL DEJJEM TA’ CALVAGNA MILL-ĦOLQA T’HAWN TAĦT:

https://www.facebook.com/Puttinucares/videos/715604773159420

Ekonomija

Sport