Tuesday, December 24, 2024

Reġjun Tramuntana u l-OASI Foundation jippreżentaw Konferenza Nazzjonali dwar ix-xogħol u l-addiction

Aqra wkoll

Reġjun Tramuntana b’kollaborazzjoni mal-OASI Foundation qed jippreżentaw Konferenza Nazzjonali bit-tema ‘Ix-xogħol… u l-Addiction?’. Din se ssir l-Erbgħa 18 ta’ Mejju fid-9.00a.m. ġewwa d-Dolmen Hotel.

Il-President tar-Reġjun Tramuntana Clifford Galea Vella Maslennikov qal li mhux sigriet li għand għal qalbu dan is-suġġett minħabba esperjenzi personali tiegħuu stess u lanqas mhu sigriet li dejjem jgħid li qatt ma jfisser li int issa ‘l fuq minn oħrajn. 

Huwa sostna li f’dan is-suġġett hemm bżonn ta’ umiltà kbira għax f’sekonda terġa’ ssib postok hemm. 

“Hemm min isostni tibqax issemmi jew għaliex tkellimt? Bħal dak li qallu, li mhux anke min jilbes ingravata u għandu titlu, għandu passat. Dejjem nisħaq, li l-importanti li tammetti u tibni u tgħin.” 

Kunċett tal-Konferenza:

Meta wieħed jiddiskuti s-suġġett tad-dipendenza u l-irkupru, ma jistax ma jsemmix l-aspett soċjali li bla dubju jħalli mpatt kbir, kemm waqt dipendenza attiva u kif ukoll waqt l-irkupru. Id-dinja tax-xogħol għalhekk taf twassal għal vjaġġi ta’ rkupru differenti, minn persuna għal oħra. Safrattant, ix-xogħol jaf jbiddel il-ħajja ta dawk li sfaw dipendenti u kif ukoll tal-familji, ħbieb u kollegi li jiffurmaw parti miċ-ċirku ta dik il-persuna.

Min iħaddem għandu jgħin persuni li huma dipendenti? U jekk iva, x’inhuwa l-rwol li għandu min iħaddem fl-irkupru ta’ persuna li hija dipendenti? Xi rwol għandu x-xogħol fl-irkupru? X’jista’ jsir sabiex tinżamm relazzjoni professjonali, iżda fl-istess ħin ta’ sapport bejn min iħaddem u l-impjegat? Hemm xi mod ta’ kif min iħaddem għandu jħares lejn persuni li huma dipendenti u x’juru l-istudji? Hemm xi kunċetti li għandna nadottaw bħala komunità Maltija f’dan ir-rigward?

L-għanijiet ta’ din il-konferenza huma li:

• Naraw l-impatt tax-xogħol fuq il-persuna li għandha diffikultà bl-użu tas-sustanzi.

• Naraw l-irwol ta’ min iħaddem u kif jistgħu jgħinu lill-persuna li għandha problema.

• Nesploraw l-impatt tad-dipendenza kimika fuq id-dinja tax-xogħol.

• Naraw xi jkun l-impatt tal-intervent ta’ min iħaddem; fil-proċess tal-irkupru.

Għal min għandha tkun ta’ interess?

Professjonisti ser jidħlu fil-fond fid-diskussjoni ta’ dan is-suġġett delikat u ser jgħinuna nifhmu x’qed jiġri madwarna, u x’għandna nagħmlu. Din il-konferenza għandha tkun ta’ interess għall-professjonisti, għal min iħaddem, persuni fl-HR, għall-ħaddiem, dawk li qegħdin f’xi pożizzjoni ta’ tmexxija u gwida u għaqdiet tal-ħaddiema.

Jekk tixtieq aktar informazzjoni jew tixtieq tirreġistra żur din il-link https://forms.gle/NGbqH64J219Crp2L6 u imla d-dettalji tiegħek.

Ekonomija

Sport