It-team tan-nisa Amerikani ma setax għalaq aħjar il-ġimgħa ta’ għawm fil-pixxina meta ftit wara l-bravura ta’ Bobby Finke huma għamlu bħalu billi kisru r-rekord tad-dinja tal-4x100m medley relay.
Lilly King pattiet għall-wirja diżappuntanti fl-avvenimenti individwali tagħha billi poġġiet lill-Amerikani fuq quddiem fis-segment tal- breaststroke.
Imbagħad kienu Gretchen Walsh u Torri Huske, tnejn mill-akbar stilel tal-Istati Uniti f’dawn il-Logħob, li ġabu l-midalja tad-deheb fi 3:49.63 biex kisru r-rekord ta’ 3:50.40 stabbilit mill-Istati Uniti stess fil-kampjonati tad-dinja tal-2019.
Regan Smith ħarġet fil-parti tal-backstroke, u kisbet deheb tar-relay għat-tieni lejla konsekuttiva wara li bdiet il-karriera Olimpika tagħha b’ħames midalji tal-fidda u waħda bronż.
L-Awstralja, iċ-champions Olimpiċi renjanti, ħadu l-fidda din id-darba fi 3:53.11. Il-bronż maret għand iċ-Ċina fi 3:53.23.
Waqt il-laqgħa ġew stabbiliti erba’ rekords mondjali, tlieta minnhom mill-Amerikani.