Wednesday, October 9, 2024

L-Amerikani jfallu milli jirbħu l-4x100m medley relay

Aqra wkoll

It-team tal-irġiel tal-Istati Uniti għalaq il-programm fil-pixxina billi ma rnexxielux jirbaħ il-4x100m medley relay.

Kienu ċ-Ċina li rebħu d-deheb b’mod stupend, u temmew il-mixja ta’ dominanza Amerikana li tmur lura għall-introduzzjoni tal-avveniment fil-Logħob ta’ Ruma 1960.

L-unika darba li l-Istati Uniti ma rebħux id- deheb kien fl-1980, meta bojkottjaw il-Logħob ta’ Moska.

It-team rebbieħ kien jinkludi lil Qin Haiyang u Sun Jiajun, li t-tnejn kienu fost il-kważi żewġ tużżani għawwiema li rriżultaw pożittivi għal sustanza pprojbita fil-Logħob ta’ Tokyo, iżda tħallew jikkompetu.

Dan ir-riżultat żgur li jqanqal sentimenti aktar iebsin minn nazzjonijiet oħra li jħossu li ċ-Ċiniżi ħarġu mill-qerq.

Iżda l-istilla vera tat-team Ċiniż kien Pan Zhanle, li qabel kien waqqaf rekord dinji filwaqt li rebaħ il-100m freestyle mill-Amerikan Hun­ter Armstrong fuq l-aħħar leg biex mess il-ħajt fi 3:27.46.

L-Amerikani kellhom jikkuntentaw bil-fidda fi 3:28.01, bi Franza tieħu l-bronż fi 3:28.38 biex Leon Marchand ġa l-ħames midalja tiegħu tal-Logħob li tmur mal-erba’ deheb individwali.

Sport