Saturday, December 21, 2024

Rekord ta’ każi ġodda ta’ COVID-19 f’pajjiżna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mit-3,365 swab test li saru matul dawn l-aħħar 24 siegħa, kien hemm 224 persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 80 persuna li rkupraw mill-virus biex għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi issa żdied għal 1,845.

Intant mill-każi reġistrati lbieraħ jirriżulta li kien hemm 32 persuna pożittiva wara li ġew f’kuntatt ma’ qraba tagħhom pożittivi għall-virus, 10 każi ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, 20 persuna li rriżultaw pożittivi wara li ġew f’kuntatt ma’ persuni oħrajn pożittivi għall-virus, u 12-il każ minn attivitajiet soċjali.

Lura fit-2 ta’ Novemrbu li għadda kienu reġistrati 218-il każ ġdid ta’ Covid-19, liema każi bdew neżlin bil-mod sakemm ftit tal-jiem ilu dan l-ammont ta’ każi ġodda reġa’ beda jiżdied. L-awtoritajiet tas-saħħa f’diskorsi li għamlu fl-aħħar jiem bassru li l-każi ġodda f’pajjiżna mistennija jiżdiedu fil-jiem li ġejjin.

Ekonomija

Sport