Sunday, December 22, 2024

Rekord ta’ xita f’jum wieħed fi Frar 

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ix-xita li tkejlet il-Ħamis li għadda mill-Uffiċċju Meterjoloġiku f’Ħal Luqa ammontat għal 140.4mm. Dan kien l-ogħla ammont ta’ xita li tkejjel fl-istess jum minn fost l-istazzjonijiet tat-temp li għandu l-Uffiċċju Meterjoloġiku mifruxin mal-Gżejjer Maltin.

Ma’ Talk.mt, kelliema għall-Uffiċċju Meterjoloġiku ta’ Malta qalet li jekk wieħed iħares lejn ix-xahar ta’ Frar f’dawn l-aħħar 10 snin, isib li l-akbar ammont ta’ xita li niżlet f’24 siegħa kien fit-23 ta’ Frar 2019, meta tkejlu 38.4mm xita waqt grigalata. L-aktar ġurnata milwiema fi Frar (sal-Ħamis), imbagħad kienet id-19 ta’ Frar 1938, meta kienu niżlu 123.7mm xita.

Matul il-weekend, it-temp huwa mistenni jkun xi ftit imsaħħab, filwaqt li r-riħ huwa mbassar li jkompli jnaqqas u jkun ħafif għal moderat mill-Grigal. Il-Ħadd, imbagħad, qegħdin nistennew riħ mill-Majjistral li jkun ħafif għal moderat.

It-temp huwa mistenni li jkompli jistabbilizza u jitjieb matul il-ġimgħa li ġejja.

Ekonomija

Sport