Tuesday, October 22, 2024

Rekord tad-dinja mill-Amerikan Bobby Finke fl-1500m

Aqra wkoll

Fl-aħħar finali individwali tal-programm tal-għawm, iċ-champion ta’ Tokyo 2020, Bobby Finke, waqqaf rekord tad-dinja ġdid fl-1,500m freestyle meta mess il-ħajt fil-ħin ta’ 14:30,67 biex rebaħ id-deheb meta ssupera r-rekord preċedenti ta’ 14:31.02 stabbilit minn Sun Yang taċ-Ċina fil-Logħob ta’ Londra tal-2012.

It-Taljan Gregorio Paltrinieri, li anke jieħu sehem fil-għawm fil-baħar miftuħ, ħa l-midalja tal-fidda f’14:34.55 filwaqt li Daniel Witten tal-Irlanda, li kien il-favorit għar-rebħ tat-tellieqa ma setax isegwi t-trijonf tiegħu tat-800m, tant li kellu jikkuntenta bil-midalja tal-bronż f’14:3.63. Huwa qatt ma kien fattur u kkunsidra l-bronż, tant li bilkemm żamm lil David Betlehem tal-Ungerija għall-aħħar post fuq il-podju.

Sport