Il-partitarji Franċiżi xejn ma jinsabu kuntenti bl-aħħar riżultati li qed ikollhom it-tim nazzjonali ta’ pajjiżhom. Wara li tilfu t-tazza tad-dinja f’Diċembru li għadda kontra l-Arġentina, is-sena 2023 għal Les Bleus ftit kienet pożittiva.
Fuq kollox, diversi kritiċi tal-futbol Franċiż qed jgħidu li t-tim nazzjonali hu dipendenti fuq l-attakkant Kylian Mbappe fejn meta ma lagħabx hu fl-aħħar erba’ logħbiet hu ġabru żewġ draws kontra l-Kroazja u l-Awstrija u tilfu kontra t-Tuneżija u l-Ġermanja.
S’issa l-kowċ Didier Deschamps mhux fid-diskussjoni iżda bosta sostnew li t-tim nazzjonali għandu bżonn demm ġdid fit-tmexxija.