Wednesday, July 22, 2026
Home Sport Ilkay Gundogan iweġġa’ dahru kontra Franza

Ilkay Gundogan iweġġa’ dahru kontra Franza

0
331

Id-diriġenti ta’ Barcelona jinsabu xi ftit inkwetati fuq il-kundizzjoni tal-plejer ta’ nofs il-grawnd Ġermaniż Ilkay Gundogan. Dan tal-aħħar kellu joħroġ mill-grawnd fil-21 minuta tal-logħba ta’ ħbiberija kontra Franza wara li kellu waqgħa xejn sabiħa u ġie għal dahru.

Minkejja kollox, il-kowċ temporanju tal-Ġermanja Rudi Voller qal li Gundogan m’għandu xejn gravi għalkemm ħass li kellu jbiddlu sabiex ma jirriskjax l-istaġun tiegħu li issa se jaqbad ritmu sew mal-Katalani speċjalment f’La Liga u anke l-UEFA Champions League.