Sunday, September 8, 2024

Rekords militari li nżammu sigrieti … qassis pedofelu kien jagħti l-alkoħol lit-tfal qabel jabbuża minnhom

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Forzi Militari Kanadiżi irreżistew għal xejn inqas minn erbgħin sena biex rekords militari jinżammu sigrieti. Minn dawn id-dokumenti qed jirriżulta li qassis fil-Forzi Militari Kanadiżi kienu jieħu tfal fil-kwartieri tiegħu fil-bażi militari f’Edmonton. Hemmhekk hu kien jagħtu l-alkohol lit-tfal u wara jabbuża minnhom sesswalment. 

Il-qassis hu Chaplain Capt Angus McRae. Mit-transcripts irrizulta li Fr McRae kellu għadd ta’ tfal vittmi. McRae kien instab ħati li abbuża minn tfal u kien tneħħa mill-militar. Fis-sena 1989, hu kien arrestat  f’Toronto u dan minħabba li kien abbuża minn żewġ subien.  Hu  kien weħel tlett ssnin probation u b’hekk evita l-ħabs.  Hu miet fis-sena 2011.

It-transcripts tal-militar li issa ġew f’idejn il-vittmi qed jitqiesu bħala rebħa minn Bobbie Bees, li kien abbużat sesswalment  fis-sena 1980.  Bees, li missieru kien fil-militar, kien ilu snin f’battalja mal-militar Kanadiż biex jinħarġu dawn it-trascripts. 

Ekonomija

Sport