Friday, November 15, 2024

Repubblika ssostni li għall-Parlament wirja tal-purtieri hija aktar importanti mill-qtil ta’ DCG

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa minnha, Repubblika ddikjarat li tilqa’ d-dibattitu li se jinżamm mill-Parlament Ewropew f’dawn il-jiem fl-okkażjoni tal-ħames sena mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Min-naħa l-oħra, Repubblika qiegħda tallega li l-parlament Malti, li kontinwament jorganiżża dibattiti fuq kollox u li saħansitra kien ospita wirja tal-purtieri, iqis li l-memorja tal-qtil ta’ Galizia bħala xi ħaġa li trid tiġi kanċellata.

Repubblika saħqet li se tibqa’ impenjata biex il-memorja ta’ Daphne ma tiġix imħassra u li fuq kollox tkompli l-ġlieda tagħha għall-ġustizzja u s-saltna tad-dritt fost l-oħrajn. 

Ekonomija

Sport