Wednesday, April 24, 2024

Resident f’Istanbul jitkellem dwar konsenturi li tidħol ċavetta fihom

Ħafna residenzi fallew it-test tas-sigurtà

Aqra wkoll

Il-konsenturi fil-ħajt tal-kamra tas-sodda ta’ Mesut Muttaliboglu huma tant wisgħin li tista’ ddaħħal ċavetta ta’ karozza fihom.

Iddikjara dan l-istess resident f’Istanbul meta kien qiegħed jitkellem ma’ korrispondent ta’ BBC fejn spjega li minħabba riskju fuq is-saħħa tiegħu u ta’ familtu se jkollhom joħorġu mill-appartament li ilhom jgħixu fih għal dawn l-aħħar 15-il sena.

Il-binja kollha kienet ikkundannata wara li falliet it-test tas-sigurtà relatat mat-terremoti u l-fatt li terremot ieħor jista’ jara l-binja sħiħa ċċedi.

Iż-żewġ terremoti qawwija fin-Nofsinhar tat-Turkija li ħallew kważi 50,000 vittma wasslu għal urġenza u tħassib ġdid fl-akbar belt tagħha, Istanbul. L-esperti saħansitra qegħdin ibassru li l-belt li toffri saqaf lil madwar 15-il miljun persuna, tista’ tkun qiegħda tesperjenza terremot maġġuri ieħor qabel l-2030 minħabba l-pożizzjoni tagħha fuq il-fault line.

Madwar 70 fil-mija tal-bini tal-belt inbnew qabel bidliet fir-regoli li infurzaw standards aktar stretti fil-qasam tal-kostruzzjoni li ddaħħlu fl-1999, u għalhekk huma kkunsidrati potenzjalment perikolużi. 

Skont studju xjentifiku li sar biss tliet xhur ilu juri li  terremot fil-belt jista’ joqtol sa 90,000 persuna u b’hekk il-paniku eskala mhux ftit fiż-żona.

Sport