Tuesday, May 14, 2024

Residenti Beltin jipprotestaw kontra l-avviż legali dwar il-mużika sas-1:00 a.m fil-Belt

Aqra wkoll

Grupp ta’ residenti Beltin ilbieraħ inġabru quddiem il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta jipprotestaw kontra l-avviż legali li tressaq fil-Parlament ftit tal-ġimgħat ilu li jippermetti lill-istabbilimenti madwar il-Belt Valletta jdoqqu l-mużika sas-1.00 a.m.

Dan il-grupp bl-isem “Valletta Residents Revival” iltaqa’ ftit ħin qabel il-laqgħa tal-Kunsill Lokali tal-Belt u f’kummenti li taw lill-midja saħqu li l-avviż legali ġie ppreżentat mingħajr ma saret l-ebda konsultazzjoni mar-residenti.

Huma qalu li lesti li jiltaqgħu u jitkellmu mal-istakeholders l-oħra, inkluż il-komunità tan-negozju sabiex tinstab soluzzjoni bilanċjata u ġusta għal din il-kwistjoni u anke fuq kwistjonijiet oħra li jista’ jkun hemm fil-ġejjieni.

Sport