Tuesday, May 14, 2024

Iweġġa’ serjament f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Għaxaq

Aqra wkoll

Raġel minn Ħal Kirkop kellu jiddaħħal l-Isptar b’urġenza wara li għall-ħabta tas-12:45 p.m kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Trejqet ir-Rummiena f’Ħal Għaxaq.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 62 sena kien weġġa’ wara li waqa’ madwar żewġ sulari waqt li kienu qed isiru xi xogħolijiet fl-istess sit. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji. 

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco li fetħet inkjesta, filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Sport