Din il-ġimgħa fir-raħal tas-Siġġiewi qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Nikola.
Il-Każin Banda San Nikola li hija l-ewwel għaqda fis-Siġġiewi hija attiva ħafna fil-festa. Bħal kull sena l-Banda ttella’ l-programm annwali tagħha fuq il-planċier tagħha.
Din is-sena l-programm imħejji huwa speċjali għaliex residenti tad-Dar tal-Providenza se jkunu qed jakkumpanjaw il-banda billi jdoqqu strumenti tal-perkussjoni.
Il-Każin Banda San Nikola jibqa’ dejjem minn ta’ quddiem biex jippromwovi l-inklużjoni. Il-programm mużikali se jsir għada l-Ħamis 25 ta’ Ġunju fid-9.30pm fi Pjazza San Nikola, is-Siġġiewi.

