L-Awtoritajiet tas-Saħħa Franċiżi kkonferma l-ewwel każ tal-Ebola fil-pajjiż wara li tabib li kien għadu kemm irritorna minn Congo ġie pożittiv għal din il-marda.
It-tabib mill-ewwel ittieħed ġo faċilità speċjalizzata u jinsab f’kundizzjoni stabbli. Kien il-Ministru tas-Saħħa Franċiż li kkomunika din l-aħbar mal-pubbliku fejn stqarr li ma hemm l-ebda bżonn ta’ allarm.
Il-Gvern tal-Congo x-xahar li għadda kkonferma li fil-pajjiż hemm diversi każi tal-Ebola u s’issa mietu 260 persuna filwaqt li aktar minn 1,000 persuna oħra ġew pożittivi wara testijiet li saru fuqhom.

