Wednesday, June 24, 2026

Eluf kbar ta’ familji jispiċċaw bla dawl fi Franza kawża ta’ sħana

Aqra wkoll

Franza qiegħda tesperjenza ġranet mhux normali hekk kif is-sħana li qiegħda tagħmel hija waħda qawwija ħafna tant li nofs il-pajjiż għadu taħt twissija ħamra.

Fil-Punent ta’ Brittany eluf kbar ta’ familji spiċċaw mingħajr elettriku minħabba li l-provista ma bdietx tlaħħaq mad-domanda filwaqt li fir-reġun ta’ Maine-et-Loire pumpiera għamlu sigħat twal jipprovaw jikkontrollaw nirien li ħakmu foresta.

Intant fl-Olanda nħarġet twissija oranġja minħabba s-sħana fejn anke l-awtoritajiet tas-saħħa ħarġu avviżi biex kemm jista’ jkun ħadd ma joħroġ mid-dar.

Tmiem il-ġimgħa li ġej mistenni jkun diffiċli wkoll għal Belġjum u l-Ġermanja fejn it-temperatura mistennija tilħaq l-40C.

Imbagħad matul il-jiem ta’ wara din il-mewġa ta’ sħana mistennija li timxi lejn il-Polonja, il-Kroazja u anke l-Ungerija fejn hemm ukoll l-awtoritajiet mistennija li joħorġu diversi avviżi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport