Fl-aħħar sigħat ir-Residenza San Ġużepp ikkonfermat li mill-278 resident kien hemm 113-il persuna minnhom li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19.
Intant wara ħafna aħbarijiet u aġġornamenti negattivi, ftit sigħat wara li kkonfermat dan l-ammont, ir-residenza aġġornat b’aħbar pożittiva.
Skont l-aħħar aġġornament maħruġ mill-istess residenza, mir-riżultati ta’ swabbing kontinwu rriżulta li kienu fiequ l-ewwel seba’ persuni minn fost dawk infettati fl-aħħar ġimgħat.
https://www.facebook.com/residenzasanguzepp/posts/666510330636482