Friday, November 15, 2024

Reviżjoni tar-Regolamenti tal-Proċedura ta’ Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku

Aqra wkoll

Fl-interess li dejjem jiġu prottetti d-drittijiet tal ħaddiema mingħajr ma titnaqqas il-kontabilità tagħhom, il-Kummissjoni Dwar is-Servizz Pubbliku għaddejja bi proċess ta’ reviżjoni tar-Regolamenti tal-Proċedura ta’ Dixxiplina tal-Kumissjoni Dwar is-Servizz Pubbliku (L.S.Kost.03)  u diġà ġew identifikati punti li jwasslu għal titjib.

F’dan ir-rigward il-General Workers’ Union intalbet tissottometti l-kummenti tagħha dwar dawn ir-Regolamenti, mingħajr preġudizzju għall-konklużjonijiet finali mill-Kummissjoni.

Wara diskussjonijiet interni l-GWU ħarġet b’dawn il-proposti għal proċeduri dixxiplinarji aħjar bil-għan li tgħin u tmexxi ‘l quddiem il-prinċipju ta’ ġustizzja naturali, xierqa u ġusta. Fosthom li:

  • Għandu jkun hemm il-possibilità ta’ reviżjoni tal-penali ta’ dixxiplina; u li:
  • Ħaddiem m’għandux jitpoġġu fuq sospensjoni qabel ma jiġu esplorati possibilitajiet oħrajn.
Ekonomija

Sport